Reference: 1074/1993/2

Judgement Details


Date
03/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCICLUNA DAVID
Parties
BEZZINA PERIT ALEXANDER ET vs MIZZI JOSEPH NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
AVUKAT, NATURA TAR-RAPPORT MAL-KLIJENT - IMGHAX, IN LIQUIDANDIS NON FIT MORA - IMGHAX, META TALBA GHALL-HLAS TA` DANNI HIJA MAGHRUFA JEW FACILMENT DETERMINABBLI - PERIT, NATURA TAR-RAPPORT MAL-KLIJENT - PERIT, RESPONSABILITA` EX CONTRACTU - TABIB, NATURA TAR-RAPPORT MAL-KLIJENT
Summary
Min iqabbad perit jew avukat ghall-ghajnuna professjonali tieghu, ma johloqx kuntratt ta' appalt.

Ir-relazzjoni ta' klijent ma' professjonist tixbah aktar dik ta' mandat u, fil-fatt, il-Qratitaghna, per ezempju dejjem qiesu l-avukat bhala l-mandant tal-klijent u mhux xi forma ta' kuntrattur tieghu! Perit, tabib u avukat mhux xoghol jaghtu, izda servizz, tant hu hekk li l-professjonist mhux obbligat li jgib fit-tmiem dak li jitlob minnu l-klijent, izda li jaghti l-ahjar hila tieghu biex iwassal il-klijent ghat-tmiem mixtieq. Kuntrattur imqabbad biex jibni dar irid jikkompleta l-inkarigu tieghu b'success ghax, altrimenti, jkun responsabbli ghad-danni; izda avukat li jitlef kawza jew tabib li jmutlu pazjent mhux responsabbli ghad-danni diment li jkun agixxa skond in-normi stabbiliti fil-professjoni rispettiva. Hekk ukoll xoghol ta' perit huwa ta' pariri u supervizjoni, izda mhux hu li effettivament iwettaq ix-xoghol; ta' dan huwa responsabbli l-kuntrattur. Kwindi, l-kuntratt ta' locatio operis mhux applikabbli ghalih.

Oltre dan, meta l-ligi tistabilixxi l-hlasijiet li l-perit huwa intitolat ghalih f'kaz ta' terminazzjoni tal-inkarigu tieghu, u dan b'certa dettal, mhux lecitu li wiehed jirrikorri ghall-generalita' tal-artikolu 1640(2). Dak il-provvediment ighid li meta appalt jigi terminat, l-appaltatur ghandu jigi kumpensat sa mhux izjed mill-qliegh li seta' ghamel kieku kompla bl-appalt. It-tariffa K tal-kapitolu 12 tal-Ligijiet ta' Malta, hija aktar specifika u titkellem b'mod dettaljat dwar il-hlasijiet dovuti lill-periti meta l-inkarigu lilhom moghti jigi terminat. Kwindi l-esponenti ma jhossx li l-artikolu 1640 jista jservi ta' gwida ghall-kaz. .. ."

Il-principju in illiquidis non fit mora mhuwiex applikabbli fejn id-dejn huwa cert jew jista' facilment determinat mid-debitur.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info