Reference: 886/1993/2

Judgement Details


Date
03/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
D'AMATO MICHAEL NOE vs SPITERI FILOMENA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, ELEMENTI TAL-CULPA AQUILIANA - DANNI, ELEMENTI TAL-KOLPA - DANNI, RABTA TA` KAWZA U EFFETT BEJN IL-FATT L-KOLPUZ U D-DANNU SOFFERT - DANNI, RESPONSABILITA` TA` PERSUNA LI TIZVOLGI ATTIVITA` LI MINNHA INNIFISHA HIJA PERIKOLUZA - DANNI, VOLENTI NON FIT INIURIA
Summary
L-Artikolu 1031 tal-Kodici Civili jippreciza li "kull wiehed iwiegeb ghall-hsara li tigri bi htija tieghu";

Din in-norma tal-ligi fil-kamp tar-responsabilita` akwiljana jew extra-kontrattwali tikkostitwixxi l-punt kardinali in subjecta materia, u tennuncja l-principju in virtu ta' liema l-lezjoni kagjonata lis-suggett tobbliga lill-awtur tal-lezjoni li jirrizarcixxi l-konsegwenzi negattivi,ossija d-danni, kompjuti bl-att tieghu;

Issa kif saput, il-fonti primarju tar-responsabilita` civili hi ravvizata fl-imgieba imputabbli ghal dolo jew kulpa. Il-ligi civili taghna ma tiddefinixix il-kolpa civili fl-ghemil izda taghmlu jikkonsisti fin-nuqqas ta' prudenza, nuqqas ta' diligenzau nuqqas ta' hsieb tal-bonus paterfamilias [Artikolu 1032 (1), Kodici Civili]. Dan jikkorrispondiin criminalibus ghan-nuqqas ta' hsieb, bi traskuragni, jew b' nuqqas ta' hila fl-arti jew professjoni tieghu jew nuqqas ta' tharis tar-regolamenti statwit fl-Artikolu 225 tal-Kodici Kriminali;

Jidhru, imbaghad, skond id-duttrina legali illi jezistu kriterji ohra li jaghmlu riferiment ghall-element tar-riskju. Jekk il-kolpa tikkostitwixxi l-element karatterizzanti ta' l-illecitu, huma rikonoxxuti u accettati wkoll aspetti ta' responsabilita` specjali in rigward ghall-evitabilita` tal-hsara. Meta l-att li kkaguna d-danni kien jikkonsisti fil-manegg ta' haga perikoluza, ir-responsabilita` ta' min ghamel dak l-att hija assoluta; u min irid jehles minn dik ir-responsabilita` hu tenut jipprova, jew il-fatt tat-terz jew il-vis major.

Ma ghandux ikun dubitat illi meta wiehed jizvolgi attivita` li minn natura stess taghha u tal-mezzi adoperati tista' titqies perikoluza, bhal fil-kaz tal-hruq tal-loghob tan-nar, huwa jenhtieglu jiddimostra li ha hsieb japplika l-mizuri idonei u l-prekawzjonijiet kollha necessarji biex jevita l-hsara. L-oneru ta' prova bhal din tispetta lilu ughandha tkun ukoll wahda rigoruza. Xejn ma tiswa' s-semplici prova negattiva illi hu ma kkommetta l-ebda vjolazzjoni ta' dover, izda jinkombi fuqu li juri manifestament u bi prova pozittiva, illi huwa addotta kura u prudenza biex jilqa' kontra l-possibilita` ta' konsegwenzi dannuzi;

Issa huminnu, kif maghruf, illi t-tfal spiss drabi ghandhom dak li jissejjah "mischevious propensity", li jingibdu ghal dawk l-affarijiet li huma ta' perikolu, b' mod li allura jista' jinghad li tali oggettiperikoluzi jikkostitwixxu xi 'allurement' jew xi 'trap' jew xi 'concealed danger'. Ragjonevolment ghalhekk meta dan hu hekk konoxxut min hu responsabbli ghandu juza attenzjoni massima u jassikura ruhu, b' adempiment shih tal-ligi u tar-regolamenti u bit-tehid ta' mizuri effettivi, biex jilqa' ghalsitwazzjonijiet konsimili;

Minn naha l-ohra mhux mistenni illi l-mizuri prekawzjonali adoperati jigu infranti mir-ricerkaturi ta' l-att illecitu u abuziv.

Il-principju legali "volenti non fit iniuria", isib applikazzjoni meta min isofri d-dannu jkun huwa stess li liberament u volontarjament b'konsapevolezza shiha tan-natura u l-entita` tal-periklu implicitament qabel li jesponi ruhughalih.

Persuna li tkun ftehmet ma' haddiehor, kemm espressament kif ukoll implicitament, litesponi ruhha ghal hsara kagunata minn tali persuna ohra, ma tistax tagixxi ghar-rizarciment ta' dikil-hsara li tkun ftehmet li tinkorri.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info