Reference: 115/2003

Judgement Details


Date
25/09/2003
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
GALEA DEBONO JOSEPH
Parties
IL-PULIZIJA vs CAMILLERI ANNA RITA SIVE ANITA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KOLLIZJONI, DOVERI TA` MIN ISUQ - PEDESTRIANS - KOLLIZJONI, DOVERI TA` PEDESTRIAN - KOLLIZJONI, INCIDENT BEJN VETTURA U PEDESTRIAN
Summary
Gie ritenut "in subiecta materia" illi l-"pedstrian" ghalkemm ghandu dritt ikun fil-karreggjata biexjaqsam, certament ghandu wkoll id-dover li juza prudenza biex jaqsam, Jekk il-"pedestrian" ikun negligenti pero', dan ma jassolvix lid-"driver" tal-car milli juza dak il-grad ta' "reasonable care" litinhtieg. Dana kollu jinghid sakemm ma tkunx giet mill-"pedestrian" krejata lid-"driver", bl-imprudenza tieghu, emergenza subitanea imprevedibbli, li rrendiet impossibbli, jew mhux ragonevolment possibbli, azzjoni evaziva tempestiva. F'sentenzi ohra umbaghad, gew elaborati sitwazzjonijiet fejn dinl-emergenza subitanea tavverra ruha, e.g. "meta jaqsam f'daqqa w jissorprendi lill-konducent jew jaghmel xi movement insolitu w inaspettat" jew meta "pedestrian jinzel inaspettatament minn fuq il-bankina, jew li jaqsam jew jitfaccja ghall-gharrieda minn wara xi car iehor; jew li johrog minn xi kurvafit-triq; jew li jitfaccja ghall-gharrieda w inaspettatament quddiem il-karozza."

Mill-bandal-ohra pero gie ukoll ritenut li driver ma jistax jissolleva b'success id-difiza tas-"sudden emergency" meta l-emergenza ikun holoqha hu. Dan ghaliex f' kaz simili d-driver ikun qieghed isofri minn "self inflicted incapacity" effett tas-sewqan hazin tieghu antecedenti jew konkomitanti.

Gie umbaghad dejjem ritenut li f 'sede kriminali kull sewwieq iwiegeb ghall-agir tieghu indipendentementminn dak li jaghmel haddiehor, ammenoche' dak li jigri ma jkunx dovut unikament u eskluzivament ghall-htijiet da parti ta' haddiehor. Dana ghaliex il-"contributory negligence" ma tezonerax lis-sewwieqjekk ma tkunx il-kawza unika tas-sinistru.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info