Reference: 36/2003

Judgement Details


Date
14/08/2003
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs SANT ANDRE'
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL, TALBA GHAS-SOSPENSJONI TA` L-EZEKUZZJONI TAS-SENTENZA APPELLATA FIL-KAMP KRIMINALI - SENTENZA, TALBA GHAS-SOSPENSJONI TA` L-EZEKUZZJONI FIL-KAMP KRIMINALI
Summary
L-Artikolu 417(1) tal-Kodici Kriminali jipprovdi li r-rikors ta' appell tal-persuna misjuba hatja ghandu jingieb quddiem il-Qorti ta' l-Appell Kriminali fi zmien tmint ijiem tax-xoghol jew tnax-il jumtax-xoghol (skond jekk is-sentenza tkunx inghatat Malta jew Ghawdex) mill-gurnata tas-sentenza definittiva. L-Artikolu immedjatament precedenti, imbghad, jipprovdi li l-persuna misjuba hatja tista' "meta tiddikjara, imqar bil-fomm, li trid tappella mis-sentenza, taqla' mill-Qorti Inferjuri t-twaqqif ta' l-ezekuzzjoni tas-sentenza" kemm-il darba taghti, jekk ikun il-kaz, id-debita garanzija. Ghalhekk ma huwiex il-kaz li hemm bzonn li jkun hemm talba espressa ghas-sospensjoni ta' l-ezekuzzjoni tas-sentenza: kwalsiasi kliem adoperat li minnu jkun jirrizulta sostanzjalment car li dak li jkun iridjappella jammonta ghal "talba" ghas-sospensjoni ta' l-ezekuzzjoni tas-sentenza ghall-finijiet tal-Artikolu 416 imsemmi.

L-Artikolu 416, a differenza ta' l-Artikolu 499(3) tal-Kodici Kriminali,ma jirrikjedix espressament li l-avviz ta' appell ghandu jinghata "minnufih wara li tigi moghtija d-decizjoni tal-qorti". Jidher li kienu biss certi sentenzi li ezigew li t-talba ghas-sospensjoni ta'l-ezekuzzjoni tas-sentenza ghandha ssir minnufih wara l-pronunzjament tas-sentenza da parti tal-Qorti tal-Magistrati. L-argument favur tali tezi hu, bazikament, illi galadarba ma ma jkunx hemm tali talba, allura s-sentenza ghandha - salv dak li jinghad fl-Artikolu 665 tal-Kodici Kriminali - tigi ezegwita minnufih. Mill-banda l-ohra ma hemm xejn fil-ligi li espressament jimpedixxi li sentenza, lima tkunx giet ezegwita jew ezegwita kollha kemm hi entro it-tmint ijiem jew it-tnax-il jum tax-xoghol skond il-kaz, tigi sospiza l-ezekuzzjoni taghha. Dak li l-ligi, kif riflessa anke fil-gurisprudenza, ma tridx, hu li jkun hemm l-akwijixxjenza f'dik is-sentenza da parti tal-hati, li wara jipprova jappella minnha. Tali akwijixxjenza tirrizulta meta (1) jew il-hati jaghmel, fiz-zmien stabbilit ghall-appell jew anke wara li jkun ipprezenta r-rikors ta' appell, xi haga li turi li qed joqghod ghal dik is-sentenza (bhal, per ezempju, ihallas il-multa jew ammenda, jew anke semplicement jitlob zmienghall-hlas rateali) jew (2) meta l-hati, entro z-zmien stabbilit ghall-prezentata tar-rikors ta' appell, jonqos milli jitlob is-sospensjoni ta' l-ezekuzzjoni tas-sentenza.

Huwa f'dan is-sens li l-gurisprudenza pparifikat, bhala massima generali, in-nuqqas ta' talba ghas-sospensjoni ta' l-esekuzzjoni tas-sentenza skond l-Artikolu 416 ma' l-akwijixxjenza u cioe` meta l-hati, minghajr ma qabel jitlob is-sospensjoni ta' l-ezekuzzjoni tas-sentenza, jghaddi biex jipprezenta r-rikors ta' appell. S'intendi, tista' tokkorri sitwazzjoni fejn is-sentenza (ezempju ta' gurnata jew jumejn detenzjoni) tigi ezegwita kollha qabel ma l-hati jkun ghamel it-talba ghas-sospensjoni ta' l-ezekuzzjoni ta' tali sentenza entro t-tmint ijiem jew it-tnax-il jum tax-xoghol aktar 'l fuq imsemmija. F'dak il-kaz,galadarba s-sentenza tkun giet kollha kemm hi ezegwita, ma tistax tintalab is-sospenjoni ta' l-ezekuzzjoni taghha u, ghalhekk, anqas jista' jsir appell minnha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info