Reference: 1057/2001/1

Judgement Details


Date
03/07/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
DOUBLE R MEATS CO LTD vs MICALLEF EMMANUEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
CITAZZJONI, DIKJARAZZJONI GURAMENTATA TISTA` SSERVI BIEX TICCARAHA - RITRATTAZZJONI, NATURA TAL-PROCEDURI - RITRATTAZZJONI, NUQQAS TA` NOTIFIKA TAC-CITAZZJONI - RITRATTAZZJONI, ZBALL LI JIDHER MILL-ATTI TAL-KAWZA
Summary
Bhalma huwa accettat li d-dikjarazzjoni mahlufa ma tissostitwix u lanqas tissupplementa citazzjoni li hija nieqsa mill-kjarezza kif mistenni fl-artikolu 156(1)(a) tal-Kodici tal-Procedura, madankollutali dikjarazzjoni tista' sservi biex ticcaraha.

Huwa maghruf u accettat li l-procedura tar-ritrattazzjoni ghandha zewg ghanijiet: fl-ewwel post, dik li thassar ghal kollox u mhux biss parzjalment sentenza li tkun saret gudikat bejn il-partijiet u dan ghal xi wahda mir-ragunijiet specifici utassattivi msemmija mil-ligi; u, fit-tieni post, dik li terga' tinstama' l-kawza li s-sentenza taghha tkun thassret u li tinghata sentenza ohra mill-gdid. Qabel ma l-Qorti tkun soddisfatta li sabetraguni tajba biex thassar is-sentenza ewlenija, m'ghandhiex, bhala regola, tidhol biex tqis il-mertutal-kwestjoni maqtugha bis-sentenza li taghha jintalab it-thassir;

B'zieda ma' dan kollu lissemma dwar in-natura eccezzjonali tal-procedura tar-ritrattazzjoni, irid jinghad ukoll li l-prova tar-raguni li ghaliha parti titlob li kawza tigi mismugha mill-gdid trid issir minn dik l-istess parti u trid issir b'mod li jwassal lill-Qorti li tqis li t-talba hija misthoqqa. Il-parti ritrattata m'ghandha ghalfejn tipprova xejn, specjalment meta r-raguni li ssejjes it-talba ghas-smigh mill-gdidma titnissilx minn ghamil tal-parti ritrattata, bhal f'dan il-kaz;

Hawnhekk l-attur kien qedjitlob ritrattazzjoni ta' kawza peress illi kien qed jallega li ma kienx gie notifikat bic-citazzjoni u li r-riferta posittiva fil-process tal-kawza attakkata kienet skorretta. Ix-xilja tal-attur kienet izjed minn wahda dwar nuqqas ta' twettiq procedurali: fil-fatt kient xilja li dak li juru l-attital-kawza li taghha qieghed kien qed jitlob is-smigh mill-gdid ma kienx minnu. Dan ifisser li l-prova li jmissha tingieb biex ixxejjen dak li jidher bhala fatt f'att gudizzjarju ghandha tkun prova qawwija u mhux semplici kongettura jew suppozizzjoni li tixhet dubju. Il-gravita' tal-implikazzjonita' tali allegazzjoni kienet, x'aktarx, tinhtieg it-tehid minnu ta' procedura specifika mahsuba biexissir dikjarazzjoni li r-riferta hija falza. Dan jinghad ghaliex sakemm riferta ta' ufficjal tal-Qorti ma tidhirx b'mod car li hija milquta b'xi zball, ghandha titqies li hija xhieda ta' dak li tghidu li din il-prezunzjoni hija juris et de jure;

Ghal dak li jirrigwarda ir-ritrattazzjoni fuq il-bazi ta` zball ta` fatt, il-ligi titkellem b'mod car dwar liema zball ikun iwassal biex sentenza tista' tithassar. Tali zball irid ikun jidher mill-atti jew mid-dokumenti tal-kawza u dan bissfil-kaz li d-decizjoni tkun imsejsa fuq is-suppozizzjoni ta' xi fatt li l-verita' tieghu tkun eskluza ghal kollox jew fuq is-suppozizzjoni li l-fatt ma jezistix. F'kull kaz, il-fatt ma jridx ikun punt kontestat li jkun gie deciz bis-sentenza. Ghal dan il-ghan, l-izball ta' fatt li jaghti lok ghar-ritrattazzjoni jrid ikun wiehed materjali, manifest u jirrizulta mill-atti nfushom, ghaliex mhux imholli li jitressqu provi biex jippruvaw tali zball. Minbarra dan, l-izball ma jridx ikun relattiv ghall-kriterji jew karattri li bihom il-fatt ikun gie jew seta' gie mifhum mill-gudikant li ta s-sentenza li qieghed jintalab it-thassir taghha, ghaliex dan m'huwiex zball li johrog mill-atti imma fis-sewwa konvinciment insindakabbli tal-gudikant;

Illi, b'zieda ma' dan, l-izball li jwassal ghat-thassir ta' sentenza u s-smigh mill-gdid tal-kawza irid ikun iddetermina d-decizjoni tal-gudikant fis-sens li kien l-fondament ewlieni tas-sentenza. B'dan il-mod, inghad li ma hemmx lok ghat-thassirtas-sentenza jekk kemm-il darba din, ghalkemm vizzjata minn zball ta' fatt manifest, tkun tista' tigi mod iehor imwiezna b'ragunijiet ohrajn indipendenti minn tali zball. Fuq kollox, ma tithalliex issir ritrattazzjoni fejn il-fatt zbaljat ikun punt li gie ikkontestat u deciz fis-sentenza attakkata;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info