Reference: 34/2003

Judgement Details


Date
05/08/2003
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs ZAHRA JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KOMPARIXXI, NUQQAS TA` REKWIZIT FORMALI
Summary
In-nuqqas ta' xi rekwizit imsemmi fis-subartikolu (2) tal-Artikolu 360 ma jwassalx ghan-nullita` tac-citazzjoni (jew tal-imputazzjoni jew imputazzjonijiet) u anqas ma jwassal necessarjament ghall-liberazzjoni ta' dak li jkun. Jekk, minhabba l-mod kif inhuma redatti l-imputazzjonijiet, l-imputat ma jkunx jista' jiddefendi ruhhu adegwatament huwa jista' jgib dan l-ilment a konjizzjoni tal-qorti biexdin tiehu l-mizuri necessarji. Jista' wkoll, wara li jkun sema' l-provi tal-prosekuzzjoni, jitlob differiment jew posponiment biex ikun f'posizzjoni li jaghmel id-difiza tieghu, minflok ma jghaddi ghad-difiza minnufih wara l-kaz tal-prosekuzzjoni, kif suppost li jsir f'kull kawza (ara, in partikolari, l-Artikoli 374, 375 u 377(1) tal-Kodici Kriminali). S'intendi, tali differiment jew posponimentghandu jinghata b'cirkospezzjoni kbira u biss f'kazijiet fejn ikun hemm xi nuqqas fil-mod kif il-prosekuzzjoni tkun ressqet l-imputazzjonijiet jew ikkonduciet il-kaz taghha, liema nuqqas ikun verament jista' jippregudika lill-imputat, ghax altrimenti facilmment jigri li l-kawza sommarja ma tibqa' sommarja xejn. Huwa proprju ghalhekk li l-Artikolu 360(2) jghid li c-citazzjoni ghandha jkollha certidettalji, u cioe` sabiex l-imputat jigi preparat f'ewwel jum tas-smigh bid-difiza u bil-provi tieghu in difeza, u l-kawza tkun tista' tinqata' f'dik l-ewwel gurnata tas-smigh.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info