Reference: 63/2000/1

Judgement Details


Date
01/07/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Parties
PULLICINO PAUL vs RAYDAVIDSON DISTRIBUTORS LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
INSTITUTUR, LIMITI TAS-SETGHAT TA` - KLAWSOLA PENALI, META TIGI STIPULATA GHAD-DEWMIEN BISS - KLAWSOLA PENALI, TNAQQIS TA` PENALI STABILITA GHAD-DEWMIEN BISS
Summary
Dwar is-setgha ta' instituri li jorbtu lil min jahtarhom, l-art. 59 tal-Kodici tal-Kummerc ighid hekk:

59. (1) L-inkarigu moghti lil wiehed biex jagixxi ta' institur jista' jkun espress jew tacitu.

(2) Fl-ewwel kaz, jekk il-principal ikun irid jaghmel limiti ghas-setghat moghtija lill-institur b'mod li titnissel prezunzjoni li dawk il-limiti huma maghrufa mit-terzi, hu ghandu jipprezenta fil-qorti l-wahda jew l-ohra msemmija fl-artikolu 55 nota li turi haga b'haga x'inhuma dawk il-limiti kollha u jfittex li dik in-nota tigi mwahhla fil-Borza tal-Kummerc u mahruga fil-Gazzetta tal-Gvern u f'gazzetta ohra, jekk jista' jkun kummercjali.

(3) Fit-tieni kaz, l-inkarigu moghti lil wiehed biex jagixxi ta' institur jitqies, ghal quddiem it-terzi, li hu generali u li fih jidhlu l-atti kollha li jaghmlu ma' l-ezercizzju tal-kummerc u li huma mehtiega ghall-ezercizzju tal-kummerc jew tal-linja ta' kummerc li ghalihom ikun gie moghti lilu dak l-inkarigu, jekk il-principal majippruvax li t-terzi kienu jafu bil-limiti ta' dak l-inkarigu fiz-zmien li ghaqqdu n-negozju.

Jekk appaltatur jiehu zball u x-xoghol tieghu ghalhekk jghaddi z-zmien sakemm tali zball jissewwa,in-nuqqas kien tieghu mhux ta' l-appaltant, huwa ghalhekk jibqa' passibbli ghall-penali anki jekk it-tiswija tkun saret bi ftehim ma' l-appaltant.

Skond l-art. 1122 tal-Kodici Civili:

(1) Il-qorti ma tistax tnaqqas jew ittaffi l-penali hlief f'dawn il-kazijiet:

(a) jekk id-debitur ikun esegwixxa parti mill-obbligazzjoni, u l-kreditur ikun accetta espressament il-bicca li giet esegwita;

(b) jekk id-debitur ikun esegwixxa parti mill-obbligazzjoni, u l-parti hekk esegwita, meta jitqiesu c-cirkostanzi partikolari tal-kreditur, tkun bic-car tiswielu. lzda, f' dan il-kaz, ebda tnaqqis ta' penali ma jista' jsir, jekk id-debitur, meta ntrabat ghall-penali, ikun irrinunzja espressament ghal kull tnaqqis jew jekk il-penali tkun giet miftiehma ghad-dewmien biss.

(2) Meta skond dan l-artikolu l-penali ghandha tigi mnaqqsa, it-tnaqqis ghandu jsir fil-proporzjon tal-parti ta' l-obbligazzjoni li tkun baqghet mhux esegwita.

Il-penali stipulata "for mere delay", tnehhi minn idejn il-qorti s-setgha li tnaqqasha jekk ma jintweriex illi l-appaltant "espressament" accetta l-parti ta' l-obbligazzjoni li l-appaltatur ikun lehaq ezegwixxa.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info