Reference: 863/2000/1

Judgement Details


Date
14/02/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
MICALLEF JOSEPH vs STIVALA DISTRIBUTORS LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV - TRIBUNAL INDUSTRIJALI, GURISDIZZJONI ESKLUSSIVA TA` - TRIBUNAL INDUSTRIJALI, POTERI TA` REVIZJONI TAL-QRATI ORDINARJI - TRIBUNAL INDUSTRIJALI, REGOLAMENTAZZJONI TAL-PROCEDURI
Summary
It-Tribunal Industrijali ghandu gurisdizzjoni esklussiva li jikkonsidra u jiddeciedi kazijiet dwar tkeccija ingusta ghal kull ghan u rimedju ta' haddiem hekk imkecci b'mod ingust ikun biss illi l-ilment tieghu jintbaghat lit-Tribunal Industrijali.

Illi ghalhekk fi kwistjonijiet ta' tkeccija ngusta mill-impjieg, il-Qrati ordinarja m'ghandhomx gurisdizzjoni u ma jistgux tissostitwixxu d-diskrezzjoni taghhom ghal dak tat-Tribunal Industrijali, u dan aktar w aktar fid-dawl tal-fatt li t-Tribunal ghandu fil-procedura tieghu jizgura li ssir gustizzja skond il-mertu tas-sustanza tal-kaz u blahsara tar-regoli tal-gustizzja naturali.

Il-Qorti ghandha gurisdizzjoni li tissindika t-Tribunal u li tara li dan jimxi skond il-ligi u josserva l-Kostituzzjoni ta' Malta. Il-Qorti ghandha d-dritt li tissindika, meta tkun hekk giet mitluba w adita li t-Tribunal jagixxi fil-limiti tal-Ligi illi in forza taghha huwa kkostitwit. Evidentement, u indubjament imbaghad, il-Qorti ghandha s-setghali tara li t-Tribunal bl-ebda mod ma kiser xi wiehed mid-drittijiet fondamentali tal-bniedem.

Il-Qorti hija hekk limitata fil-gurisdizzjoni taghha, b'mod li tara li l-istess Tribunal ma agixxiex ultra vires u li gew osservati il-principji tal-gustizzja naturali, u bl-ebda mod ma ghandu fil-kwistjoni li giet ex lege mhollija fil-kompetenza esklussiva tal-istess Tribunal, b'dan ghalhekk li l-ezercizzju li taghmel din il-Qorti certament ma huwiex wiehed ta' revizzjoni u zgur mhux wiehed ta' Qorti ta' Appell, b'mod li m'ghandha qatt tissostitwixxi d-diskrezzjoni taghha ghal dik tal-istessTribunal.

Hawnhekk l-attur talab li sentenza tat-Tribunal Industrijali tigi annullata fuq il-bazi li t-Tribunal ippermetta lill-konvenut li jipproducu xhieda mhux dikjarati. Il-Qorti kkunisdrat li t-Tribunal agixxa intra vires, assigura li l-gustizzja ssir skond il-meriti tas-sustanza tal-kaz u bla hsara ghar-regoli tal-gustizzja naturali, u bl-ebda mod ma mar kontra d-disposizzjonijiet tal-artikolu 32 (4) u 33 tal-Kap 266, u b'dan li fil-process kollu l-istess Tribunal ghamel l-ezercizzji konsentiti lilu mill-istess ligi li akkordatlu kompetenza esklussiva izda limitatissima fil-kaz tat-tkeccija mill-impjieg skond il-Kap 266.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info