Referenza: 53/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/07/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
VELLA LOUIS DOTTOR NOE ET vs MEDITERRANEAN TRADING SHIPPING CO. LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, BDIL TA` DESTINAZZJONI - MAHZEN - LOKAZZJONI, BDIL TA` DESTINAZZJONI - ONERU TAL-PROVA - LOKAZZJONI, ELEMENTI MEHTIEGA SABIEX GARAGE JEW REMISSA JIKKWALIFIKAW BHALA HANUT GHALL-FINIJIET TAL-KAP. 69 TAL-LIGIJIET TA` MALTA - LOKAZZJONI, PROTEZZJONI TA` KIRJA TA` MAHZEN TAHT IL-KAP. 69
Fil-Qosor
Huwa indiskuss illi "mahzen" jirrientra fit-tifsira li l-ligi specjali (Kap 69) taghti lill-kelma "hanut", basta li tali fond huwa attinenti ghan-negozju principali ta' min jikrieh. Il-ligi riedet tikkontempla fondi konnessi ma' negozju, jew ahjar fondi li huma mahzen fejn hemm "wares" jew "goods"li huma l-oggett tan-negozju ta' min jikrihom.

Il-ligi ghalhekk ma jidherx li tikkontempla bhala "mahzen" protett minnha bhala "hanut" kwalunkwe fond fejn wiehed jerfa' xi affarijiet, ikunu x'jkunu.

Min jallega tibdil ta' destinazzjoni tal-fond minnu mikri ghandu jipprova sew id-destinazzjoni originarja kemm it-tibdil taghha ghax il-provi li jsostnu l-azzjoni jmissu lill-attur u l-konvenut ma ghandux jipprova l-fatt negattiv.

F'materja ta' kambjament ta' destinazzjoni tal-fond mikri ghandhom jigu dejjem valjati c-cirkustanzi partikulari ta' kull kaz; u dan minhabba dik litissejjah 'a degree of difference', peress li kollox jiddependi mill-gravita` tal-fatti.

Jekk l-uzu divers anke ta' parti biss mill-fond lokat ikun gab kambjament li ghalkemm parzjali ma jistax jitqies kumplimentari ghad-destinazzjoni miftehma, jkun hemm lok ghal zgumbrament.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni