Reference: 3/2001/1

Judgement Details


Date
07/07/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
SAID INTERNATIONAL LIMITED vs MAC LIMITED ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RITRATTAZZJONI, NATURA TAL-PROCEDURI - RITRATTAZZJONI, NUQQAS TA` NOTIFIKA TAC-CITAZZJONI - RITRATTAZZJONI, RIMEDJU STRAORDINARJU - RITRATTAZZJONI, TERMINU TA` TLIET XHUR GHALL-ISTITUZZJONI TA` - DEKADENZA - RITRATTAZZJONI, TERMINU TA` TLIET XHUR GHALL-ISTITUZZJONI TA` - MINN META JIBDA JIDDEKORRI - SOCJETA` KUMMERCJALI, RAPPREZENTANZA TA`
Summary
Ir-rimedju tar-ritrattazzjoni huwa:

a) ta' natura straordinarja;
b) regolat minn interpretazzjoni strettissima;
c) mhux suxxettibbli ghal interpretazzjoni estensiva izda ghal wahda letterali biss;

L-gudizzju ta' ritrattazzjoni hu maghmul minn zewg stadji distinti dak "in rescindente" u dak "in rescissorio".

Ir-ritrattazzjoni mhix ammissibbli meta s-sentenza setghet tigimpunjata bil-mezz ordinarju ta' l-appell (Art 812, Kap 12).

Inoltre dejjem ghall-istess raguni l-procedura ntentata tkun irrita u nulla jekk ma ssirx fit-terminu prevvist mill-Artikolu 818, Kap12. Dan it-terminu hu meqjus bhala wiehed mill-elementi kostituttivi tal-proponiment tal-azzjoni.

It-terminu ta' tliet xhur akkordat mill-ligi sabiex tigi intentata ritrattazzjoni huwa terminu sabiex wiehed jagixxi, u ghalhekk il-moghdija tieghu timplika d-dekadenza, jekk it-talba relattivama tigix proposta entro tali zmien. Ghalhekk ukoll tali terminu mhux rinovabbli, kif fil-kaz ta' preskrizzjoni.

L-Artikolu 811(b) tal-Kap. 12 jipprovdi ghal ritrattazzjoni:

"jekk ic-citazzjoni ma tkunx giet innotifikata lill-parti telliefa, basta li din il-parti, ghad li ma tkunx gietinnotifikata, ma tkunx dehret fis-smigh tal-kawza"

Kumpanija tista' tinnomina kull persuna biex tirrapprezentaha fl-atti gudizzjarji u m'hemmx bzonn li din il-persuna tkun registrata bhala rapprezentanta taghha mar-Registratur tas-Socjetajiet.

Infatti l-artikolu 181 A(1) issa jipprovdi illi meta tigi prezentata skrittura minn jew kontra korp li jkollu personalita` guridika distintaikun bizzejjed li wiehed inizzel l-isem tal-korp. Ghall-fini ta' l-azzjoni in kwantu din tkun promossa minn, jew diretta kontra, s-socjeta` b'personalita` distinta, ma hux allura mehtieg li jigi identifikat min, skond l-atti kostitutivi tas-socjeta` ikun jirrapprezentaha. Hu veru li s-subinciz 2 ta' l-artikolu 181A jipprovdi illi kull dikjarazzjoni li ghandha tinhalef skond il-ligi ghandha fil-kaz ta' korp li jkollu personalita` guridika distinta, tinhalef mill-persuna jew persuni li jkollhom ir-rapprezentanza guridika ta' dak il-korp jew minn kull segretarju tal-kumpanija jew minn kull persuna ohra li tkun awtorizzata bil-miktub minn dak il-korp sabiex tipprezenta atti gudizzjarji f'ismu jew li taghmel tali dikjarazzjoni. Hu immedjatament ovvju pero` illi l-persuni illi jistghu jaghmludikjarazzjoni ta' din ix-xorta - li tikkostitwixxi prova tal-kontenut taghha imma li difett fiha mhux necessarjament tirrendi l-proceduri invalidi - ma humiex limitati ghal dawk li ghandhom rapprezentanza gjudizzjarja tas-socjeta`.

Iz-zmien illi fih tista' ssir it-talba ghar-ritrattazzjoni huwa ta' tliet xhur, u jibda jghodd, fil-kaz imsemmi fil-paragrafu (b)(Art 811), mill-gurnata li fihal-attur ikun gie jaf bis-sentenza.

Dan ifisser kjarament illi kull ma jenhtieg biex jibda jiddekorri t-terminu huwa li l-attur ikun gie a konoxxenza tal-fatt li inghatat is-sentenza. L-ebda formalita` ma hija mehtiega biex jigi kostatat il-fatt ta' konoxxenza ta' l-attur ta' l-ezistenza ta'din is-sentenza. Dan il-fatt jista' jigi arguwit u dezunt mill-provi u cirkostanzi li jnisslu fil-gudikant il-konvinciment li l-attur kien jaf jew li hu ma setghax ikun qed jitlob ir-ritrattazzjonifil-mument meta l-provi hekk juru.

Kwantu ghall-prova ta' din ix-xjenza, il-piz taghha jinkombi, mhux fuq min jipproponi l-azzjoni tar-ritrattazzjoni, imma fuq il-konvenut, b'mod illi huwa dmirta' dan li jipprova li l-attur ippropona l-azzjoni aktar minn tliet xhur wara li kien jaf bis-sentenza attakkata. F'kaz ta' dubju dwar din il-prova, l-beneficcju tad-dubju ghandu jmur favur l-attur,ghax il-prova da parti tal-konvenut ma tkunx saret konkludentement.

Hawnhekk gie ritenut li bin-notifika ta' mandat ta' zgumbrament in ezekuzzjoni tas-sentenza attakkata lil persuna minghajr kariga fil-kumpannija li sussegwentement ghamlet ir-ritrattazzjoni fuq il-bazi ta' l-Artikolu 811(b) l-istess kumpannija kienet informata bis-sentenza attakkata u b'hekk beda jiddekorri t-terminu ta' tliet xhur ghall-finijiet ta' l-istituzzjoni ta' l-azzjoni ta' ritrattazzjoni. Ma kienx mehtieg li l-mandat jigi notifikat lil persuna bir-rapprezentanza guridika ta' dik is-socjeta`.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info