Reference: 58/2000/1

Judgement Details


Date
07/07/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
TESTAFERRATA BONICI JOSEPH PHILIP ET vs BONANNO CARMELO PERIT ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ECCEZZJONIJIET, INKOMPETENZA RATIONAE MATERIAE - ECCEZZJONIJIET, KOMPETENZA TRID TIGI DETERMINATA MILL-QORTI LI QUDDIEMHA TIGI SOLLEVATA - LOKAZZJONI, DEFINIZZJONI TA` KERREJ TAHT IL-KAP. 69 - LOKAZZJONI, DISTINZJONI BEJN FOND URBAN U FOND RUSTIKU - LOKAZZJONI, KIRJA LI TKUN FIL-FAZI TA` RILOKAZZJONI MA TISTAX TINTIRET JEKK MHUX BIL-MOD PROVDUT FIL-KAP. 69 - LOKAZZJONI, KOMPETENZA TAL-BORD LI JIRREGOLA L-KERA - LOKAZZJONI, KOMPETENZA TAL-QRATI ORDINARJI - LOKAZZJONI, KONGEDO - LOKAZZJONI, KUNCETT TA` MEMBRU TAL-FAMILJA - LOKAZZJONI, MA TINTEMMX BIL-MEWT TA` L-INKWILIN JEW TAS-SID - LOKAZZJONI, M`HI MEHTIEGA EBDA FORMALITA` GHALL-KONGEDO - LOKAZZJONI, M`HU MEHTIEG EBDA KONGEDO FIL-KAZ TA` KIRI TA` FOND RUSTIKU - LOKAZZJONI, RILOKAZZJONI FAVUR OKKUPANT LI MA JIKKWALIFIKAX BHALA MEMBRU TAL-FAMILJA TA` INKWILIN LI JKUN MIET - ZGUMBRAMENT, OKKUPAZZJONI BLA TITOLU
Summary
(i) Gjaladarba l-artikolu 1661 (illum, Art 1572) tal-Kodici Civili jiddisponi li "l-kuntratt ta' kiri ma jinhallx bil-mewt ta' sid il-kera jew tal-kerrej . .", allura l-kiri jibqa' miexi ghaz-zmien lijkun baqa' (espress jew prezunt) sal-gheluq tieghu u d-drittijiet u obbligazzjonijiet relattivi jigu trasmessi fl-eredi tal-kerrej decess.

(ii) Biex jigi impedut l-issuktar tal-lokazzjoni waral-gheluq taz-zmien li kien miexi kien mehtieg li s-sid jaghti d-debitu avviz (kongedo) kif manifestfl-artikolu 1568 tal-Kodici Civili.

(iii) Jekk dan l-avviz jew kongedo ma jinghatax tipproroga ruhha l-kirja originali f'isem l-eredi.

(iv) Il-kongedo li ried jinghata seta' jsir b'kullmod, basta pero li s-sid jimmanifesta kjarament ir-rieda kuntrarja tieghu ghall-issuktar tal-lokazzjoni.

Il-kongedo prevvist fl-Artikolu 1568 huwa esklusivament abbinat "ghal dak li hu bini",kif hekk jinghad proprju fil-bidunett ta' dak l-imsemmi dispost tal-ligi.

Fil-ligi taghna hemm distinzoni netta bejn bini immobbli u art immobbli ossia d-distinzjoni bejn fodni rustici (terreni) u fondi urbani (bini).

Il-kongedo huwa di rigore fil-kaz ta' kiri ta' bini. Dan meta z-zmien tal-kiri huwa prezunt kif jinghad fl-Artikolu 1532. Invece, bl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 1567il-kiri ta' raba jew ta' hwejjeg mobbli jispicca "ipso jure" bl-eghluq taz-zmien, ghalkemm dan iz-zmien ikun prezunt kif jinghad fl-artikolu 1532.

Fil-kaz ta' kiri ta' raba l-ebda kongedo ma huwa mehtieg ghal kuntrarju tal-kaz ta' kiri ta' bini. Li jfisser li l-kiri kien jintemm "ipso jure"wkoll fil-kaz taz-zmien prezunt.

Hu pacifikament ricevut f'bosta decizjonijiet illi ghall-ezami tal-kwestjoni jekk parti in kawza (konvenut jew kjamat in kawza) ghandux titolu jew le hija kompetenti l-Qorti ordinarja.

Il-Qorti li tigi lilha kontestata n-nuqqas ta' kompetenza ghandha histess tinvestiga u tiddeciedi dwar din l-eccezzjoni fl-aspetti kollha taghha;

Il-Qorti, bhala qorti ta' kompetenza ordinarja, ghandha kompetenza biex tiddeciedi kull materja ta' natura civilisakemm ma tkunx giet vestita fi Tribunal Specjali b'legislazzjoni ad hoc. Il-Qorti Civili hi wkollkompetenti allura biex tiggudika jekk materja taqax jew le fil-kompetenza ta' Tribunal b'gurisdizzjoni specjali.

Ghalhekk mhux korrett l-argument li l-interpretazzjoni tal-ligi specjali tal-kera jista' jaghtiha biss it-tribunal specjali imwaqqaf taht dik il-ligi.

L-Artikolu 2 tal-Kap 199 jiddefinixxi "kerrej" bhala li jinkludi kull membru tal-familja li jkun cessjonarju tal-kirja, u,wara l-mewt tal-kerrej, meta ma jkun hemm ebda membru bhal dak tinkludi, f'ordni ta' preferenza, kull membru tal-familja li jkun legatarju tal-kirja jew li matul l-ahhar sena minnufih qabel il-mewt tal-kerrej kien jghix mal-kerrej jew kien jahdem ir-raba mieghu jew ghalih jew ikun il-werriet tal-kerrej.

L-istess ligi tipprovdi mbaghad tifsira tal-kelma "membru tal-familja" u tghid li din il-kelma tfisser "axxendent linejari, dixxendent linejari, armel jew armla, ragel tat-tifla u l-armlatat-tifel sakemm ma tergax tizzewweg, tal-kerrej".

Kif koncepita, din id-definizzjoni hi wahda restrittiva ferm u hu lampantement ovvju illi l-kugini ma humiex annoverati skond l-istess definizzjoni bhala membri tal-familja tal-kerrej decess.

Filwaqt li kirja li tkun ghadha fil-perijodu originali tkun tista' tintiret mill-werrieta tal-inkwilin, mhux l-istess jista' jinghad ghall-kirja li tkun fi stadju ta' rilokazzjoni. Il-ligi specjali li tirregola t-tigdid ta' kiri tar-raba tipprovdi regoli definiti li jirrestringu r-rilokazzjoni ghal dawk il-membri tal-familja li hi tispecifika fid-definizzjoni fl-artikolu 2. Kien biss f'dawn ic-cirkostanzi li l-legislatur ried illi l-qbiela tghaddi u tkompli ex lege fil-persuna ta' "membru tal-familja" tal-inkwilin.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info