Reference: 71/2001/1

Judgement Details


Date
10/07/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
UNTOURS INSURANCE LIMITED vs GAUCI MARIA LOURDES
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
PROCEDURI CIVILI, FORMALIZMU EZAGERT - PROCEDURI CIVILI, PERMISSIVIZMU INGUSTIFIKAT - TRIBUNAL GHAL TALBIET ZGHAR, DRITT TA` APPELL MA JISTAX JITWESSA` FUQ BAZI EKWITATIVA - TRIBUNAL GHAL TALBIET ZGHAR, META PARTI TONQOS MILLI TRESSAQ IL-PROVI - GUSTIFIKAZZJONI XIERQA - TRIBUNAL GHAL TALBIET ZGHAR, NATURA TAL-PROCEDURI
Summary
Hafna mid-disposizzjonijiet procedurali huma essenzjalment misuri ta' dixxiplina jew ta' sikurezza processwali li mill-osservanza taghhom jibbenefika imbaghad in generali l-andament kif imiss u kif jixraq tas-sistema kollu. Waqt li l-formalizmu eccessiv ghandu kemm jista' jkun jigi evitat, m'ghanduxpero` lanqas jidhol u jigi nkoraggiet permissivizmu ingustifikat.

Ma jistax ikun dubitat illi l-osservanzi tar-regoli tal-procedura hi mehtiega biex jigi assigurat l-ordni fil-kondotta tal-kawza u r-regolarita` taghha. L-analisi ta' jekk din il-kondotta u l-evalwazzjoni ta' jekk in-nuqqasijiet li jirrizultaw kienux jimportaw l-applikazzjoni tas-sanzjonijiet stipulati fin-normi proceduralili jirregolaw is-smiegh tal-kawza kellu jsir oggettivament. Dan dejjem fil-parametri tad-disposizzjonijiet tal-ligi specjali li ikkrejat it-Tribunal ghal Talbiet Zghar.

L-Att V ta' l-1995 jipprovdi certament ghall-proceduri spediti u sommarji (Art 9(2)(a)) tal-minimu ta' nformalita` u regoliprocedurali tant li espressament jistipula li ebda procediment quddiem it-Tribunal ma jkun invaliduminhabba fin-nuqqas ta' tharis ta' xi formalita' sakemm wiehed ikun mexa kemm jista' jkun mal-Att jew mar-regoli maghmula tahtu (Art 9(3)). Naturalment iridu jitharsu l-principji ta' gustizzja naturali (Art 9(1)) u fondamentali ghal smiegh xieraq quddiem Tribunal imparzjali u indipendenti sancita fil-Kostituzzjoni u fil-Konvenzjoni Ewropeja.

Ghall-fini tas-sommarjeta` l-Artikolu 13 tal-imsemmi Att kien jipprovdi [dana qabel l-emendi introdotti bl-Att XXXI ta' l-2003] illi jekk xi parti tonqos li tidher fid-data stabbilita ghas-smiegh tal-kawza, l-Gudikatur ghandu jiddiferixxi l-kawza ghal data ohra u jekk f'dik id-data ohra il-parti li tkun ghamlet it-talba tonqos li tidher, il-Gudikatur ghandu jirrigetta l-kawza u jordna li l-ispejjez jithallsu mill-parti li tkun ghamlet it-talba.

Ma jidher li hemm ebda eccezzjoni ghal din ir-regola u s-sanzjoni terminali li ggib maghha. L-attendenza fizika ghas-smigh hija essenzjali f'kawzi li jinsorgu quddiem it-Tribunal.

Huwa minnu li l-provvedimenti tal-Att li jirregolaw il-kondotta tal-kawzi huma ntizi biex jassiguraw smiegh bla dewmien u fi zmien xieraq. Izda minn naha l-ohra l-gustizzja naturali hi ntiza wkoll biex tassigura smiegh xieraq u gust. Dan dejjem s'intendi fir-rispett dovut lejn it-Tribunal u l-kontro-parti, u minghajr ma tigi favorita l-laxkezza ta' kif jitmexxew il-proceduri. Proceduri li ghalkemm bl-Att imsemmi ma jhallux wisq spazju ghal flessibilita` eppure kien necessitat li jigu temperati minn doza ta' motivi u ragunijiet gustifikativi li filwaqt li ma jintralcjawx il-process gudizzjarju b'talbiet ta' differimenti inutili, jassiguraw l-osservanza tal-haqq u tas-sewwa. Dan dejjem fl-ambitu ta'dawk ic-cirkostanzi specjali li jimmeritaw tabilhaqq il-konsiderazzjoni ta' din il-Qorti li tiddisturba fejn jinhass indikat l-ezercizzju tad-diskrezzjoni tat-Tribunal.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info