Reference: 123/2003

Judgement Details


Date
09/07/2003
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
GALEA DEBONO JOSEPH
Parties
IL-PULIZIJA vs SAID PUBLIUS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
MANTENIMENT, OBBLIGU TAL-HLAS TA` - MANTENIMENT, PROCEDURI KRIMINALI GHAL NUQQAS TA` HLAS TA`
Summary
L-ordnijiet tal-Qrati, bhad-digriet tas-Sekond' Awla li jiffissa l-manteniment pendente lite, jridujigu osservati skrupolozament u minghajr tfettieq u kavillar zejjed, inkella facilment f'kawzi, fejnikun hemm element qawwi ta' pika bejn il-mizzewgin dwar kull haga possibbli w immaginabbli, il-Qorti ta' gurisdizzjoni kriminali tigi ridotta f' Qorti ta' appell mid-digrieti tal-Qrati Civili. Ir-rimedju ta' min ikun ihossu aggravat b' xi digriet tal-Qrati Civili kemm dwar alimenti kif ukoll dwar access mhux li jiehu l-ligi b'idejh, imma li jirrikorri lill-istess Qorti li tkun emanat id-digriet jew ordni relattiv u jitlob revoka, varjazzjoni jew aggustament tieghu biex jittiehed kont ta' xi kambjament fis-sitwazzjoni.

Sakemm id-digriet jigi varjat jew revokat, dan ghandu jigi osservat.

Ghall-finijiet tal-imsemmi art. 338(z) hu bizzejjed li l-Prosekuzzjoni tipprova :-

1.li nghata ordni minn Qorti ghall-hlas ta' manteniment;
2. li dak il-manteniment ma thallasx fi zmien hmistax (15) il-jum minn dak il-jum li fih skond l-ordni, kellha tithallas is-somma."

Ikun jispetta umbaghad lill-akkuzat li jipprova, jekk irid, u fuq bazi ta' probabbilita' li dak l-ordni kien gie revokat jew mibdul jew dikjarat null mill-Qorti kompetenti jew li kienet saret rikonciljazzjoni.

Ghall-finijiet ta' kawza penali meta l-imputazzjoni tipotizza r-reat kontravenzjonalifil-paragrafu (z) tal-Artikolu 338 tal-Kap.9, hu rrilevanti meta giet intavolata l-kawza ta' separazzjoni jew jekk intalbitx o meno proroga tad-digriet originali; galadarba l-ordni kontenut f' dak id-Digriet ma kienx gie espressament revokat jew altrimenti mibdul mill-istess Sekond' Awla jew mill-Prim' Awla (u salv il-prova ta' rikonciljazzjoni jew ta' dikjarazzjoni ta' Qorti ohra kompetenti li dak id-digriet jew dak l-ordni kien null) l-ordni ghall-hlas tal-manteniment jibqa' validu ghall-finijiet u effetti kollha tal-artikolu 338(z) tal-Kodici Kriminali

Fejn ikun hemm kambjament fic-cirkostanzi bhal l-kaz ta' persuna li tisfa' bla xoghol, dan ma jiskuzahiex mill-obbligu taghha li twettaq id-Digriet tas-Sekond' Awla tal-Qorti Civili, obbligu sancit bir-reat ta' natura kontravenzjonali li tahtu hu akkuzat l-appellant. Ir-rimedju li ghandu u li kellu l-appellant kien li jadixxi tempestivament u fi zmien utili lill-Qorti Civili kompetenti biex din, wara li tiehu konjizzjoni tal-provi, tipprovdi billi se mai timmodifika l-ordni dwar il-manteniment. U biss wara li jottjeni tali modifika, li jkun jista' jhallas inqas jekk ikun il-kaz. Sakemm dan isir, jibqa' marbut bl-obbligu tal-hlas skond l-ewwel Digriet.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info