Referenza: 49/2002/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
05/06/2003
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT
Partijiet
IL-PULIZIJA (SPT.S.TANTI SPT.S.VALLETTA) vs OMISSIS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KORRUZZJONI TA` MINORENNI, HTIEGA TA` KWERELA - KORRUZZJONI TA` MINORENNI, PROCEDURI EX OFFICIO - REAT, ASSORBIMENT TA`
Fil-Qosor
Ghalkemm l-azzjoni ghar-reat kontemplat fl-artikolu 203 tal-Kodici Kriminali (korruzzjoni ta` minorenni) titmexxa dejjem mill-awtorita' pubblika, tali azzjoni tinhtieg il-kwerela tal-parti. Ghal din ir-regola hemm xi eccezzjonijiet, fosthom "fil-kazijiet imsemmijin fil-proviso tal-artikolu 544". Il-proviso tal-artikolu 544 applikat ghar-reat ta' korruzzjoni ta' minorenni, jipprovdi li meta d-delitt "isir bi vjolenza pubblika, jew flimkien ma reat iehor li jolqot l-ordni pubbliku, l-azzjoni kriminali titmexxa indipendentement mill-azzjoni tal-parti privata.

Meta r-reat ta' korruzzjoni ta' minorenni jsir f'-post pubbliku jew f'-post espost ghal-pubbliku, dan isir prosegwibbli "ex officio" proprju ghaliex allura jkun akkompanjat b'reat li jolqot l-ordni pubbliku.

Skond il-gurisprudenza kostanti tal-Qrati taghna, meta l-istess fatt li jaghti lok ghall-stupru, l-attentat vjolentghall-pudur jew il-korruzzjoni tal-minorenni isir f'post pubbliku jew espost ghall-publiku, b'mod ghalhekk li jikkonfigura wkoll ir-reat taht l-artikolu 209, l-azzjoni ghal dawk ir-reati ma tirrikjedix il-kwerela tal-parti privata u l-parti privata konsegwentement anqas ma tista' bir-recess taghhatwaqqa' dik l-azzjoni. U r-raguni hi ghax dawk ir-reati jkunu saru "flimkien ma reat iehor li jolqot l-ordni pubbliku" fit-termini tal-proviso tal-artikolu 544.

Anki l-argument li f'dan il-kazl-akkuza taht l-artikolu 209 hija assorbita f'dik ta' korruzzjoni ta' minorenni u ghalhekk ma jistax jinghid li r-reat ta' korruzzjoni ta' minorenni f'dan il-kaz kien akkompanjat minn reat li jolqotl-ordni pubbliku ma jreggix. It-teorija tal-assorbiment hija wahda li tirrigwarda biss il-piena imma mhux l-ezistenza o meno tal-akkuza jew tar-reat. Di fatti dan il-koncett insibuh biss fl-artikolu17 tal-Kodici Kriminali li jitkellem dwar il-konkors ta' reati w pieni. Is-subinciz (h) tal-artikolu 17 jiddisponi li meta zewg reati jew izjed, li flimkien ma jaghmlux delitt kwalifikat, iservu bhala mezz biex isir reat iehor, sew ikkwalifikat jew semplici, ghandha tinghata l-piena ghar-reat l-aktar gravi. Dan ifisser li tkun instabet htija ghaz-zewg reati jew aktar kontra l-hati w mhux li reatjikkancella l-ezistenza ta' xi reat iehor li jkun serva bhala mezz ghall-fini biex jigi kommess r-reat. Hija biss ghall-fini ta' piena li r-reat li serva bhala mezz ghall-fini ma jittiehedx in konsiderazzjoni, imma dikjarazzjoni ta' htija dwaru jkun hemm dejjem u ghalhekk dar-reat ikun jezisti w jakkompanja lir-reat l-iehor.

Ir-reat ta' istanza privata huwa "akkompanjat" minn iehor ta' azzjoni pubblika meta jew iz-zewg reati jkunu konkorrenti, billi wiehed ikun serva ta' mezz ghall-iehorjew il-fatt kriminuz ikun jivvjola "unico contextu" zewg dispozizzjonijiet tal-ligi kriminali, b'mod li jitnisslu minnu zewg titoli ta' reati.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni