Referenza: 2713/1997/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/01/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
SALIBA SAMMUT ALEXANDRA ET vs ATTARD JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI, KOMPUTAZZJONI TRID TKUN MARBUTA MAR-REALTA` TAL-HAJJA - DANNI, KRITERJI GHALL-KOMPUTAZZJONI TA` QLIEGH FUTUR - DANNI, MULTIPLIER - DANNI, TELF TA` QLIEGH - DANNI, TNAQQIS GHAL LUMP SUM PAYMENT - HAJJA LAVORATTIVA - KONTUMACJA - MULTIPLIER, MINN META JIBDA JINGHADD
Fil-Qosor
Huwa pacifiku li l-kontumacja ma hijiex ammissjoni u skond kif dejjem gie riferut minn dawn il-Qratil-kontumacja ghandha tigi interpretata wkoll bhala oppozizzjoni u l-Qorti ghalhekk tidhol f' certidettalji li thoss illi huma mehtiega biex tistabilixxi l-verita` tal-fatti.

Hija l-"gross salary" li huwa relevanti sabiex il-Qorti tasal ghal konkluzzjoni kemm huwa dovut bhala danni. L-incometax u l-kontribuzzjonijiet tan-National Insurance li l-mejjet kien ikollu jhallas kieku baqa' haj m'humiex fatturi li ghandhom jittiehdu in konsiderazzjoni meta wiehed jigi biex jistabilixxi l-paga medja annwali tieghu ghall-finijiet tal-komputazzjoni tal-qliegh futur.

Il-Qorti ma ghandiextkun marbuta ma decizzjonijiet li jillimitaw il-life expectancy sa massimu ta' ghoxrin sena.

Ghalhekk il-multiplier matul iz-zminijiet gie aggustat sabiex jirrifletti r-realta' odjerna, u aspettattiva iktar ekwa u konformi mal-gustizzja effettiva.

Il-Qrati fil-pronuncjamenti taghhomdwar il-kriterji li ghandhom jintuzaw biex jippruvaw jaghmlu tajjeb ghall-incertezzi li l-likwidazzjoni ta' danni f'kazijiet simili, dejjem jaghtu lok ghalihom li qatt ma jirrinunzjaw ghall-fakolta' diskrezzjonali taghhom.

Ghandhu jkun hemm certa elasticita' ta' kriterju ghaliex il-pronunzjament huwa wiehed ta' probabilita'. Id-danneggjat jinghata somma kapitali darba wahda biss li meta tinghata b'sentenza mhiex aktar soggetta ghall-ebda revizzjoni. Ghalhekk din is-somma kapitali trid tkun tikkorispondi kemm jista' jkun mar-realta.

In-numru ta' snin adottat bhala multiplier m'ghandux ikun bazat fuq l-aspettativa tal-hajja in generali tad-danneggjat izda fuq l-aspettativa tal-hajja lavorattiva tieghu u ghalhekk jittiehdu in konsiderazzjoni ic-chances and changes tal-hajja.

Il-perjodu tal-multiplier ghandu dejjem jigi kunsidrat li jibda jiddekorri mid-data ta' l-incident. Id-danni necessarjament jigu likwidati wara l-incident, u xi drabi ftit wara l-incident u xi drabi ohra, stante proceduri legali li fin-natura taghhom jinvolvu t-trapass taz-zmien, xi ftit snin wara l-incident u eccezzjonalment bosta snin wara. Il-fatt li jkun ghadda z-zmien sa kemm jigu likwidati d-danni m'ghandux jaffettwa l-metodu ta' likwidazzjoni li ghandu dejjem jibqa' l-istess billi l-perjodu tal-multiplier dejjem jibda jiddekorri mid-data tal-incident. Altrimenti l-likwidazzjoni bil-multiplier ma jsirx b'mod uniformi

Hemm kazijiet fejn lanqas dan il-persentagg ghal-lump sumpayment lanqas ghandha titnaqqas, ghaliex lanqas tirrifletti r-realta' tad-danni sofferti, u din id-decizzjoni ghandha tkun imhollija f'idejn il-gudikant li jkun qed jezamina l-istess kaz fid-dettaljikollha tieghu, nkluz il-likwidazzjoni ta' danni sofferti.

B'telf ta' qliegh wiehed ma ghandux jifhem biss telf ta' salarju jew hlas iehor li huwa jircievi izda ghandu jinkludi l-ispejjez kollha li minhabba fl-infortunju l-persuna jkollha taghmel ghaliex hija se jkollha titlef dawn il-flus minhabba f'dan l-infortunju.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni