Reference: 1175/1994/2

Judgement Details


Date
16/06/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
SCHEMBRI THERESA ET vs CAMILLERI BARTHOLOMEO SIVE BERTU ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
SERVITU`, DISKONTINWA - SERVITU`, DMIR TA` SID LI JAGHTI ILMA MINN GHAJN JEW KANAL - SERVITU`, IS-SID TAL-FOND SERVJENTI MA` JISTA` JAGHMEL XEJN BI HSARA TAS-SERVITU` - SERVITU`, KONTINWA - SERVITU`, RINUNZJA GHAL
Summary
Il-Kodici Civili taghna jiddistingwi bejn id-diversi kategoriji ta' servituijiet. Hekk l-Artikolu 455 (1) jghid li dawn huma kontinwi jew mhux kontinwi, li jidhru jew li ma jidhrux. Tali distinzjonihi ta' somma importanza in rigward ghal mod kif jistghu jigu akkwistati d-diversi servitujiet;

Hekk is-subinciz (3) ghall-precitat artikolu jqis is-servitujiet ta' moghdija, ta' mili ta' ilma,u ohrajn bhalhom bhala servitujiet mhux kontinwi. Li jfisser, skond l-Artikolu 469(1) illi dawn jistghu jigu stabbiliti biss bis-sahha ta' titolu. Huma ghalhekk kostituzzjoni ta' generu specjali ta' servitujiet tutelabbli ex-contractu, u ghandhom jitharsu b'mod li mis-sid tal-fond servjenti "ma jista' jsir xejn li jista' jnaqqas l-uzu tas-servitu` jew li jaghmel li dan l-uzu jkun ta' xkiel akbar." [Artikolu 474(1)]. U la jista' jimmodifika l-kundizzjoni tal-fond u lanqas ma jista' jiddestinaghall-ezercizzju tas-servitu` parti ohra tal-fond diversa minn dik li fiha s-servitu` kienet giet stabbilita` fil-bidu (subinciz 1);

Huwa veru li d-disposizzjoni appena citata, fuq l-istregwatad-duttrina u l-gurisprudenza Taljana, giet interpretata bhala li ma ghandhiex titqies b'mod assolut. Dan "ghaliex il-principji illi kulhadd huwa 'moderator et arbiter' fi hwejgu japplika wkoll f'materja ta' servitu`; u kif il-proprjetarji tal-fond dominanti ma jistax jaghmel fil-fond tieghu dawkl-innovazzjonijiet biss li jarrekkaw dannu apprezzabbli lill-fond serventi, hekk ukoll il-proprjetarju tal-fond serventi ma jistghax jaghmel biss dawk l-innovazzjonijiet li jnaqqsu l-uzu tas-servitu`jew jirrendu s-servitu` aktar skomoda, b'mod li jarrekkaw pregudizzju apprezzabbli lill-proprjetarjutal-fond dominanti, avut rigward ghan-natura u l-oggett tas-servitu`. Ghaldaqstant jekk sid il-fond soggett ghall-passagg ta' haddiehor jaghmel fil-fond serventi xi alterazzjoni l-proprejtarju tal-fond dominanti ma jistghax jezigi li l-proprjetarju tal-fond serventi jerga' jqieghed kollox fl-istatpristinu, jekk b'dik l-alternazzjoni huwa jibqa' fil-liberta` li jezercita l-passagg tieghu bla tfixkil apprezzabbli jew pregudizzjevoli ghalih.

Il-proprjetarju tal-fond serventi ma jistax jezercita minn rajh it-tibdil tal-passagg minghajr ma jinterpella lill-proprjetarju tal-fond dominantiu, fil-kaz li dan jirrifjuta li jaghti l-kunsens tieghu ghal dak it-tibdil, minghajr ma jirrikorri lill-Qorti biex ibiddel il-post originarju tas-servitu`. Il-ligi, meta tippermetti lill-proprjetarjutal-fond serventi li "joffri" lill-proprjetarju tal-fond dominanti post ugwalment komodu ghall-ezercizzju tas-servitu`, u meta tivvjeta lil dan ta' l-ahhar li "jirrifjuta" dik l-offerta fil-kazi mill-istess ligi preveduti, evidentement timponi lill-proprjetarju tal-fond serventi li jottjeni ghal dak it-tibdil il-kunsens tal-proprjetarju tal-fond dominanti, u, f'kaz ta' opposizzjoni, l-awtorizazzjoni tal-Qorti, u tivvjetalu li jispolja lill-vicin mill-pussess tas-servitu`;

Is-semplici konoxxenza da parti tas-sid tal-fond dominanti tal-fatt li jkun hemm opera kuntrarja ghas-servitu` ma timplikax rinunzja; l-anqas ma jimplika rinunzja s-silenzju tieghu.

Hi regola kardinali illi kuntratti maghmula in buona fede u skond il-ligi ghandhom sahha ta' ligi ghal partijiet kontraenti [Artikolu 992(1) tal-Kodici Civili] u allura ghandhom jigu rispettati u mantenuti. Il-principju allura illi l-kuntratt ma ghandux jigi cirkuwit skond kif jaqbel lil xi wiehed mill-kontraenti, u minghajr d-debitu kunsens tal-kontraenti l-ohra jew ta' l-awtorizzazzjoni tal-Qorti, ghandu jircievi maggjor rigur f'dan il-kaz;

L-Artikolu 477 tal-Kodici Civili jiddisponi li "F'nuqqas ta' ftehim, is-sid jew persuna ohra li taghti ilma minn ghajn jew kanal hija obbligata, lejn dawk illi, bis-sahhata' dik il-koncessjoni, ghandhom jedd jaghmlu uzu minn dak l-ilma, jaghmel ix-xoghlijiet mehtiega sabiex imexxi l-ilma minn nixxiegha sal-pont minn fejn l-ilma ghandu jittiehed."

L-interpretazzjoni korretta ta' l-Artikolu 477 hi li din hi eccezzjoni ghar-regola generali li tezenta lis-sid tal-fond serventi minn certi xoghlijiet u spejjez;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info