Reference: 2214/2000/1

Judgement Details


Date
28/05/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY
Parties
DEMANUELE JOSEPH ET vs BONNICI SAVIOUR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO REI VINDICATORIA, ELEMENTI TA` - ACTIO REI VINDICATORIA, GRAD TA` PROVA - ACTIO REI VINDICATORIA, POSSIDEO QUA POSSIDEO - PROVA, PROBATIO DIABOLICA
Summary
Min jitlob ir-rivendikazzjoni ta' immobli ghandu d-dmir li qabel xejn iehor jipprova l-proprjeta' tieghu. L-imharrek f'din l-azzjoni ma ghandux ghal fejn jiftah halqu sakemm issir dik il-prova; u jekk dika l-prova ma ssirx, l-imharrek ghandu jirbah il-kawza.

F'actio rei vindicatoria l-atturirid jipprova d-dominju ossija l-proprjeta' fih, tal-haga li jrid jirrivendika. Mhux bizzejjed li hu talvolta jipprova li dik il-haga mhix tal-konvenut; imma jehtieg li juri pozittivament li hi tieghu nnifsu, ghax 'melior conditio possidentis'. U gie dejjem ritenut mill-qrati taghna fuq l-istregwata' principji ammessi universalment mid-dottrina u mill-gurisprudenza, bazati fuq ligijiet bhal taghna illi dik il-prova li hi ezatta mir-rivendikant hemm bzonn li tkun kompleta u konkluziva, b'mod li kwalunkwe dubju, anki l-icken, ghandu jmur favur il-possessur konvenut. U anki jekk il-Qorti ma tkunx affattu sodisfatta mid-dritt tal-konvenut, hi ghandha tilliberah jekk ir-rivendikant ma jaghtixprova tad-dominju tieghu li tkun ezenti mill-anqas dubju.

Il-prova li hi ezatta mir-rivendikant hemm bzonn li tkun kompleta u konklussiva b'mod illi kwalunkwe dubbju jmur favur il-possessur konvenut.

L-estremi ta' l-azzjoni rivendikatorja huma: 1. Li l-attur rivendikant jipprova li ghandu d-dominju fuq il-haga li huwa jrid jirrivendika, u li kien akkwista dak id-dominju legittimament; 2. Li l-konvenut ikun jippossjedi l-haga. Dwar l-ewwel rekwizit il-prova trid tkun pjena u konvincenti; u din il-prova ma tigix raggunta jekk ir-rivendikant ma jurix titolu car u preciz tad-dominju tieghu. Jekk ir-rivendikant ma jaghmilx din il-prova, il-konvenut ma ghandu bzonn jipprova xejn,ghax sakemm ir-rivendikant ma jaghmilx dik il-prova, il-possessur tal-haga ma ghandux bzonn jiccaqlaq u kwindi lanqas huwa tenut isostni eccezzjonijiet li jkun ta kontra d-domanda tar-rivendikant.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info