Reference: 205/1999/1

Judgement Details


Date
09/06/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
A.F. ELLIS vs SEGRETARJU PERMANENTI MINISTERU TAL-GUST
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
PRIVILEGIUM FORI, DIPARTIMENT TAL-GVERN
Summary
Il-Gvern ta' Malta huwa wiehed komuni kemm ghall-gzira ta' Malta kif ukoll ghall-gzejjer ta' Ghawdexu Kemmuna, minkejja l-fatt li skond il-ligi tal-procedura dawn ghandhom gurisdizzjoni separata.

Skond l-artikolu 767 tal-Kap. 12, il-beneficcju tal-privilegium fori msemmi fil-paragrafu (c) ta' l-artikolu 741 hu moghti lill-persuni li joqghodu fil-gzira ta' Malta rigward il-qrati ta' dik il-gzira, u lil dawk li joqghodu fil-gzejjer ta' Ghawdex u Kemmuna rigward il-Qorti ta' dawk il-gzejjer. Dan il-privilegg ghalhekk huwa marbut mal-fatt ta' residenza u dan huwa hekk minhabba l-principjulegali ta' l-"actor sequitur forum rei".

Wara l-emenda fl-Artikolu 181 (gia` 180A) tal-Kap.12, introdotta bl-Att XXIII tal-1971 li pprovdiet inter alia li f'kaz ta' skrittura pprezentata kontra kap ta' dipartiment ma jkunx hemm il-htiega li tissemma' l-persuna li jkollha dik il-kariga immahuwa bizzejjed li tissemma' l-kariga, in-nuqqas ta' rilevanza tal-partikolaritajiet personali ta' dik il-persuna li tokkupa l-kariga giet enfasizzata u l-legislatur ghamilha iktar cara li l-kariga ghandha tkun distakkata totalment mill-persuna li f'dak iz-zmien tkun qeghdha effettivament tokkupaha.F'kaz ta' kawza kontra dipartiment governattiv illum huwa zgur id-dipartiment governattiv rapprezentat mill-kap ut sic u mhux il-persuna fizika partikolari li tinzerta tokkupa din il-kariga.

Ghaldaqstant huwa evidenti li r-residenza partikolari tal-persuna li tokkupa l-kariga f'certu zmien m'ghandha ebda rilevanza ghall-finijiet tal-privilegium fori.

Meta dipartiment governattiv jigi stabbilit, dana ma jkunx qed jigi stabbilit biss f'dak il-lokal jew post fejn ikollu l-ufficcjuprincipali tieghu biex jaqdi il-funzjonijiet tieghu, imma jkun stabbilit fl-Istat kollu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info