Referenza: 910/1989/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/05/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
KMANDANT TAL-FORZI ARMATI TA' MALTA vs DIFESA FRANCIS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
PROVA, APPREZZAMENT U VALUTAZZJONI TA` - PROVA, GRAD RIKJEST FIL-KAMP CIVILI - PROVA, PIZ TA` - PROVA, VEROSIMILJANZA BHALA FORMA TA` KORROBORAZZJONI - PROVA, VEROSIMILJANZA TA` ZEWG VERZJONIJIET KONTRADITTORJI
Fil-Qosor
Hu pacifikament ricevut illi ghalkemm l-onus probandi hu mixhut fuq minn jallega fatt spiss jigri illi meta l-attur ikun assoda prima facie t-talba tieghu, allura l-prova kuntrarja tinqaleb fuq il-parti l-ohra. Dan jissucciedi fejn il-konvenut jallega hu certi fatti. B'dan il-mod hu jqieghed ruhufl-istess sitwazzjoni ta' l-attur ghal dak li hu l-oneru provanti l-bazi tad-difiza tieghu. U jekkhemm konflitt, wiehed imbaghad, ma ghandux facilment jaqa' fuq ir-regola "actor non probante, reus absolvitur" jew ir-regola l-ohra inversa "reus in excipiendo fit actor".

Il-konflitt fil-provihuma haga li l-Qrati jridu minn dejjem ikunu lesti ghaliha. Il-Qorti ghandha tezamina jekk xi wahda miz-zewg versjonijiet, fid-dawl tas-soliti kriterji tal-kredibilita` u specjalment dawk tal-konsistenza u verosimiljanza, ghandiex teskludi lill-ohra, anke fuq il-bilanc tal-probabilitajiet u tal-preponderanza tal-provi, ghax dawn, f'kawzi civili, huma generalment sufficjenti ghall-konvinciment tal-gudikant.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni