Reference: 6/2001/1

Judgement Details


Date
12/05/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
ZAMMIT IAN vs AWTORITA' TA' L-IPPJANAR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
AWTORITA` TA` L-IPPJANAR, DELEGA TA` FUNZJONIJIET - AWTORITA` TA` L-IPPJANAR, NATURA TA`
Summary
Ai termini tal-artikolu 2 tal-Kap 356 l-Awtorita` ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hija ndikatabhala dik imwaqqfa skond l-artikolu 3 tal-istess ligi u "tinkludi kull korp jew persuna ohra li tagixxi f'isimha bis-sahha ta' setghat delegati mill-Awtorita` taht dan l-att".

Ai termini tal-artikolu 4 tal-istess Kap l-Awtorita` ghandha personalita` legali distinta u kapaci sabiex legalment tidhol f'kull kuntratt u taghmel l-affarijiet kollha hemm indikati li r-rappresentanza taghha hijavestita fic-Chairman ta' l-istess Awtorita` u ghandha l-poter li tinnomina wiehed jew aktar mill-membri ufficjali jew impjegati taghha sabiex jidhru f'isimha u flokha f'xi procedimenti fejn l-Awtorita` tkun parti fihom jew xi att, kitba, kuntratt, jew dokument iehor ikun liema jkun.

Fl-artikolu 5 hemm indikat il-funzjonijiet kollha ta' l-istess Awtorita` u fl-artikolu 5 (4) hemm indikat liapparti dak provdut fl-artikolu 36 (a) u sakemm hija zzomm kontroll u supervizjoni generali u xortaohra ta' dak provdut fl-istess ligi hija tista' bl-approvazzjoni tal-Ministru tiddelega xi wahda jew izjed mill-funzjonijiet taghha skond dan l-att taht dawk il-kunduzzjonijiet li jidhrilha xierqa.Hemm indikat ukoll fl-istess sub-artikolu li hi tista' tiddelega lill-Kummissarju tal-Pulizija jew xi Kunsill Lokali sabiex f'lokha jew maghha jezercitaw il-funzjonijet indikati f'taqsima 5 ta' l-istess att b'dan li tali delega bhal din ghandha tigi ppublikata fil-Gazzetta tal-Gvern.

L-artikolu 2 jiddefinixxi Direttur ta' l-Ippjanar u Direttur bhala li jfissru d-Direttur ta' l-Ippjanar nominat taht l-artikolu 6 u jinkludu kull persuna li tagixxi f'ismu jew taht l-awtorita` tieghu.

Fl-artikolu 6 id-Direttur ta' l-Ippjanar skond is-sub-artikolu 2 ghandu l-poter li jmexxi d-Direttorat ta' l-Ippjanar u li l-Awtorita` tista' tiddelega lid-Direttur jew lill-ufficcjal jew impjegat iehor tal-Awtorita` li hija jidhrilha xierqa l-funzjonijiet ta' appogg professjonali tekniku amministrattiv; li jimplimenta d-decizjonijiet ta' l-Awtorita` u wkoll li jwettaq dawk il-funzjonijiet ta' kuljum ta' l-Awtorita`.

L-Awtorita` ta' l-Ippjanar bhala enti legali u distinta personalita`guridika ndipendenti tagixxi tramite l-funzjonarji taghha nkluz tarmite d-Direttur ta' l-Ippjanar.

Id-delega ta' funzjonijiet mid-Direttur ta' l-Ippjanar lil funzjonarju ta' l-Awtorita` ma tehtiegx li tigi ppublikata fil-Gazzetta tal-Gvern skond kif indikat fl-artikolu 5 (4) tal-Kap 356, u dan peress li tali artikolu huwa manifestament intiz sabiex l-Awtorita` ta' l-Ippjanar tkun tista' tiddelga xi wahda mill-funzjonijiet taghha (eskluzi dawk indikati fl-artikolu 36 (a)) lil xi Awtorita`ohra distinta u differenti minnha, tant li l-ezempji hemm migjuba huma dawk ta' entitajiet li mhumiex parti u lanqas funzjonarji ta' l-istess Awtorita` bhal Kummissarju tal-Pulizija u l-Kunsilli Lokali.

Abbazi ta' l-artikolu 4 tal-Kap 356 l-Awtorita` tista' tinnomina impjegati ufficjali minntaghha sabiex jirrapprezentawha inter alia fuq id-dokumenti relattivi taghha, u dwar id-Direttur ta' l-Ippjanar jirrizulta li l-Awtorita` tista' tiddelegah kif fil-fatt iddelegatu u dan dejjem fil-veste ta' rapprezentat taghha sabiex jaqdi l-funzjonijiet hemm specifikati fl-artikolu 6 (2).

Id-Direttur ta' l-Ippjanar ai termini tal-artikolu 2 ghandu l-poter u huwa awtorizzat sabiex jappuntapersuni sbiex jagixxu ghan-nom tieghu jew taht l-Awtorita` tieghu skond il-poteri tieghu tal-artikolu 6.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info