Referenza: 806/2002

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/04/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
FENECH DR ANN NOE vs ARGOTANK NAVIGATOR LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ATT DWAR IL-BASTIMENTI MERKANTILI, AZZJONI SABIEX JINZAMM KULL NEGOZJU DWAR BASTIMENT MERKANTILI - AZZJONI DWAR PROPRJETA` TA` VAPUR - ATT DWAR IL-BASTIMENTI MERKANTILI, AZZJONI SABIEX JINZAMM KULL NEGOZJU DWAR BASTIMENT MERKANTILI - ELEMENTI TA`
Fil-Qosor
Azzjoni taht l-artikolu 37 tal-Kap 234 sservi biex, bi smigh sommarju, tqieghed fiz-zgur il-qaghda ta' kreditur dwar bastiment sakemm iressaq il-pretensjonijiet tieghu kontra d-debitur (li jista' jkunil-bastiment innifsu jew is-sidien tieghu) fi proceduri xierqa quddiem il-qorti jew tribunal kompetenti u jwassalhom fi tmiemhom. Dak l-ordni jista' jinghata kemm dwar il-bastiment u kif ukoll dwarsehem fih.

L-imsemmija procedura tal-artikolu 37 hija mahsuba li titwettaq fuq bazi ta' provaprima facie, li jimplika li ghandu jsir smigh u li l-qorti tistharreg dwar il-jedd pretiz u jekk dan huwiex xieraq. L-ordni huwa mahsub li jikkonserva sitwazzjoni u ghandu minn provvediment kawtelatorju mahsub li jhalli l-kors tal-gustizzja dwar kwestjoni fil-mertu jiehu z-zmien tieghu minghajr bizgha li l-bastiment jghaddi f'idejn haddiehor qabel jintemmu l-procedimenti fil-mertu, u dan bi hsara tal-kreditur jew ta' dik il-persuna li tkun qeghda tippretendi l-jedd.

L-ghan ewlieni jekkmhux wahdieni wara l-artikolu 37 hu dak li sakemm il-kwestjoni fil-mertu tkun giet mistharrga, m'ghandu jsir xejn minn xihadd mill-partijiet biex jippregudika l-mertu u l-jeddijiet tal-kontendenti dwaru u li jzomm kull ghamil minnhom mahsub jew li jista' jwassal biex unilateralment jirrendi kull eventwali decizjoni tal-qorti dwarha bla effett jew bla ftuh ghall-ezekuzzjoni. Dan il-ghan jaghti lill-Qorti s-setgha wiesgha li taghti kull provvediment (imqar jekk provvizorju) biex tqieghed fiz-zgur xi dritt li jippretendi li ghandu fit-termini ta' dak l-artikolu.

Ghalhekk, dan ifisser ukoll li ladarba l-legislatur deherlu li ghandu jillimita l-applikazzjoni tar-rimedju wiesgha ghall-kazijiet specifici mahsuba f'dak l-artikolu, mhux kull pretensjoni ta' parti attrici tista' timmerita l-hrug ta' ordni kif hemm imsemmi. Il-legislatur ried li l-ordni jinhareg biss dwar pretensjonijietli bihom persuna "tivvanta dritt fi jew dwar xi bastiment". U ghadda biex fisser ukoll x'ghandu wiehed jifhem b'dik il-frazi.

B'zieda ma' dan, il-Qorti hija marbuta li, f'kaz li tilqa' t-talbatal-kreditur ghall-hrug tal-ordni, dan ghandu jsir ghal zmien limitat li ma jaqbizx sena.

L-istharrig li ghandha taghmel il-Qorti f'azzjoni bhal din huwa limitat biex tqis jekk ghandhiex tinqeda bis-setgha moghtija lilha taht l-artikolu 37 fuq imsemmi biex taghti l-ordni mitlub mill-kumpannija attrici. M'ghandha bl-ebda mod tidhol fil-mertu tal-kwestjoni li dwarha l-istess kumpannija attrici ressqet il-pretensjonijiet taghha quddiem tribunali ohrajn bi proceduri ghalihom. Huwa biss fejnikun jidher car li l-pretensjonijiet imressqin mill-parti attrici jkunu manifestament minghajr bazili l-Qorti tista' tqis it-talba ghall-hrug ta'ordni taht l-artikolu 37 bhala wiehed manifestament vessatorju. Wiehed ma jridx iwarrab minn quddiem ghajnejh li l-ligi nnifisha tipprevedi sitwazzjonifejn il-pretensjoni fil-mertu lanqas tkun ghadha tressqet quddiem qorti kompetenti meta jista' jintalab u jkun inghata ordni skond l-imsemmi artikolu.

Madankollu, ir-regola li ghandha tholl u torbot fil-qies li trid taghmel il-Qorti dwar azzjoni ta' din l-ghamla hu li ma tiddecidix hi, f'dawnil-proceduri, il-mertu tal-kwestjoni.

Azzjoni bhal din ma tista' bl-ebda mod tissejjes fuq il-kawzali tal-pretensjoni fuq id-dritt ta' proprjeta' tal-bastiment.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni