Reference: 1053/2000/1

Judgement Details


Date
08/05/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
LAW.QUINTANO FOODSERVICE LTD GIA PREPACK vs DEBONO ANTON
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RITRATTAZZJONI, NATURA TAL-PROCEDURI - RITRATTAZZJONI, ONERU TAL-PROVA - RITRATTAZZJONI, RIMEDJU STRAORDINARJU - RITRATTAZZJONI, STADJI TA` - RITRATTAZZJONI, STADJU IN RESCINDENTE - RITRATTAZZJONI, STADJU IN RESCISSORIO
Summary
Il-procedura tar-ritrattazzjoni ghandha zewg ghanijiet: fl-ewwel post, dik li thassar ghal kollox umhux biss parzjalment sentenza li tkun saret gudikat bejn il-partijiet u dan ghal xi wahda mir-ragunijiet specifici u tassattivi msemmija mil-ligi; u, fit-tieni post, dik li terga' tinstama' l-kawzali s-sentenza taghha tkun thassret u li tinghata sentenza ohra mill-gdid. Qabel ma l-Qorti tkun soddisfatta li sabet raguni tajba biex thassar is-sentenza ewlenija, m'ghandhiex, bhala regola, tidholbiex tqis il-mertu tal-kwestjoni maqtugha bis-sentenza li taghha jintalab it-thassir.

Il-prova tar-raguni li ghaliha parti titlob li kawza tigi mismugha mill-gdid trid issir minn dik l-istess parti u trid issir b'mod li jwassal lill-Qorti li tqis li t-talba hija misthoqqa. Il-parti ritrattata m'ghandha ghalfejn tipprova xejn, specjalment meta r-raguni li ssejjes it-talba ghas-smigh mill-gdid ma titnissilx minn ghamil tal-parti ritrattata, bhal f'dan il-kaz;

Ir-rimedju tar-ritrattazzjoni huwa wiehed straordinarju li jolqot sentenza li tkun saret gudikat. Huwa essenzjali f'kull sistema ta' dritt, li sentenza ghandha tkun l-ahhar kelma dwar l-istat ta' dritt bejn partijiet fi kwestjoni, u s-sahha taghha titqies bhala s-sewwa maghruf (pro veritate habetur). Kif inghad, l-effikacja guridika u socjali tal-gudikat titlob li l-amministrazzjoni tal-gustizzja ma tigix imfixkla billi, fi kwalunkwe stadju u minghajr limiti, l-parti telliefa terga' tqajjem il-kwestjoni u tiftahha.Huwa ghalhekk, il-legislatur ried li jaghti espressament, b'mod tassativ u f'dawn it-termini bissr-rimedju tar-ritrattazzjoni li bih biss sentenza tista' tigi attalkkata u mwaqqa' wara li tkun saret gudikat. B'dan il-mod, jekk ghal kaz partikolari ma japplikawx ir-rimedji eccezzjonali tal-istitut tar-ritrattazzjoni, m'hemm l-ebda mod kif titwaqqa' sentenza li ghaddiet in gudikat. Minbarra dan, ilu zmien twil stabilit il-principju li s-sahha tar-rabta ta' sentenza li ghaddiet f'gudikat ma titwaqqax lanqas bir-rimedju tar-ritrattazzjoni fejn ma jintweriex li l-parti kienet imcahhda milli tiddefendi lilha nnifisha, ghall-kuntrarju ta' fejn naqset li tiddefendi lilha nnifisha jew ma haditxdawk il-passi biex tizgura difiza xierqa;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info