Referenza: 1224/1993/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/04/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
CORDINA JOHN vs DR. JOSEPH SIVE JOSIE MUSCAT
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI, REVOKA TA` LICENZJA - DANNI, TLIET GHAMLIET TA` - DRITTIJIET, ELEMENTI NECESSARJI GHAL RINUNZJA TA`
Fil-Qosor
Rinunzja espressa ghad-dritt hemm bzonn tirrizulta minn espressjonijiet cari u univoci u mhux minn espressjonijiet generici. Minn naha l-ohra, rinunzja tacita tad-drittijiet ma jistghux jigu desuntihlief minn cirkostanzi tali li jippresupponu b'mod car u univoku l-abbandun tad-dritt. Hemm bzonn li din ir-rinunzja tirrizulta minn att jew kumpless ta' atti, li jissupponu necessarjament fir-rinunzjant l-intenzjoni li hu jabdika d-dritt tieghu.

Il-ligi taghna tiddekreta tliet xorti ta' danni: (1) dawk derivanti minn delitt veru u proprju (il-preskrizzjoni applikabbli hi dik ta' l-azzjonikriminali), (2) dawk derivanti minn htija akwiljana (il-preskrizzjoni hi dik ta' sentejn), u (3) dawk derivanti minn inadempjenza kontrattwali (il-preskrizzjoni hi dik ta' hames snin).

Huwa veru li mhux kull vjolazzjoni tad-dritt ta' haddiehor fl-adempiment ta' kuntratt tikkostitwixxi kolpakontrattwali, pero` biex il-kolpa ma tkunx kontrattwali, jehtieg li dik il-kolpa ma jkolliex rapportdirett mal-kuntratt pre-ezistenti, u ghalhekk anki fil-presenza tal-kuntratt, jiddependi mic-cirkustanzi l-gudizzju jekk il-kolpa li wiehed mill-kontraenti jaddebita lill-iehor hijiex kontrattwali jew akwiljana. Jigifieri illi meta hemm kuntratt, il-kolpa tista' tkun akwiljana biss meta l-fatt ikun indipendenti u awtonomu mir-rapport kontrattwali.

Fl-individwazzjoni tan-natura tal-colpa hafna jrid jithalla ghall-interpretazzjoni gudizzjarju jew aktar, bi precizjoni, ghad-diskrezzjoni tal-gudikant fl-apprezzament tal-fattispecji dedotti.

F'materja ta' lokazzjoni, l-inkwilin hu obbligat jiehu kura u jindokra l-haga lilu affittata bid-diligenza ta' missier tajjeb tal-familja. Jekk dan ma jsirx u l-kerrej igib hsara lis-sid, oltre l-hall tal-ftehim, ikollu jwiegeb ghal hlas tad-danni (Artikolu 1555 (1) u (3), Kodici Civili).

Jekk l-inkwilin jaghmel uzu illegali mill-fond lokat u bhala konsegwenza il-licenzji mahruga f'isem is-sid jigu irtirati, l-inkwilin ikun responsabbli ghad-danni verso s-sid.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni