Referenza: 318/2003

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/04/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
IRINA MALIKOVA PRO ET NOE vs SCICLUNA RITA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
CITAZZJONI, TRID TIGI PREZENTATA FIL-LINGWA MALTIJA ANKI META TIGI PREZENTATA MINN BARRANI - INTERESS GURIDIKU, GHAQDA JEW KORP MINGHAJR PERSONALITA` GURIDIKA DISTINTA
Fil-Qosor
Il-ligi trid li kull citazzjoni tkun ippresentata fil-Qorti bil-lingwa maltija, anke jekk l-attur ikun stranjier, u sta ghall-istess attur li jikkonferma li dak li qed jippresenta jirrispekkja it-talba li jkun irid jressaq ghall-konsiderazzjoni tal-Qorti. Id-dikjarazzjoni trid ukoll tigi ppresentata bil-lingwa maltija u, l-istess, min jahlef id-dikjarazzjoni irid jaccerta ruhu, tramite persuna ta' fiducja tieghu, li dik id-dikjarazzjoni tindika dak li hu jrid jikkonferma. Min-naha l-ohra, jekkil-konvenut ma jkunx jifhem bil-lingwa maltija, huwa, jekk jaghmel talba lir-Registratur tal-Qortifit-terminu preskritt, jista jitlob li jinghata kopja tal-att tac-citazzjoni bil-lingwa ingliza, u,f'dan il-kaz, iz-zmien ghall-presentata tan-nota tal-eccezzjonijiet jibda jiddekorri mid-data li hujigi servut b'kopja bil-lingwa ingliza. Waqt is-smigh tal-kawza, il-Qorti tista, jekk iz-zewg partijiet ikunu jitkelmu bl-ingliz, jew, f'kaz li parti wahda biss titkellem bl-ingliz, jekk jaqblu l-partijiet, tordna li s-smigh tal-kawza issir bil-lingwa ingliza, izda jekk ma jkunx hemm dan il-qbil, jew jekk parti tifhem biss b'lingwa ohra li mhiex dik maltija jew ingliza, il-Qorti tkun trid tahtarinterpretu biex kull parti tkun tista issegiw l-process (ara l-Att Dwar Proceduri Gudizzjarji (Uzu ta' l-Ilsien Ingliz) - Kap.189).

Imkien, pero', ma l-ligi tipprovdi li l-att tac-citazzjonighandha tigi presentata f'lingwa li mhiex dik maltija.

L-artikolu 4(d) tal-Att Dwar L-Interpretazzjoni (Kap.249) jiddisponi li, sakemm is-sens ma jindikax mod iehor, f'kull ligi u f'kull Att tal-Parlament, l-espressjoni 'persuna', tinkludi "ghaqda jew korp iehor ta' persuni, sew jekk dik l-ghaqda jew dak il-korp ikunu persuna guridika jew jekk le". Din id-definizzjoni taghti tifsira wiesgha lill-kelma 'persuna', u tvesti bid-dritt li tadixxi l-Qorti lill-kull ghaqda jew korp, anke jekk dik l-ghaqda jew dak il-korp ma jkunx inkorporat.

Kull ghaqda jew korp, indipendentement mill-fatt jekk hijiex persuna guridika jew le, bhala 'persuna' ghandha dritt tagixxi gudizzjarjament.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni