Referenza: 36/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/04/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
COLEIRO VICKY vs GRECH MICHAEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ECCEZZJONIJIET, INKOMPETENZA RATIONAE VALORIS - KOMPETENZA RATIONAE VALORIS, RIZOLUZZJONI TA` KUNTRATTI - KOMPETENZA RATIONAE VALORIS, TALBIET B`VALUR INDETERMINAT - KOMPETENZA, DIPENDENTI FUQ L-ATT PROMOTUR TAL-KAWZA - KOMPETENZA, TISTA` TIDDEPENDI FUQ L-ECCEZZJONI TAL-KONVENUT
Fil-Qosor
Biex tigi fissata n-natura vera ta' l-azzjoni li tigi ezercitata, wiehed irid ihares mhux tant lejnil-kliem imma lejn dak illi sostanzjalment ikun gie mitlub fic-citazzjoni, jigifieri l-fondament u l-oggett tal-pretensjoni fiha dedotta.

Il-kompetenza ma tiddependiex bilfors u unikament mit-talba tal-attur imma tista' tiddependi ukoll fejn ikun il-kaz mill-eccezzjoni tal-konvenut.

Certament fil-limiti tal-kompetenza taghhom, kif stabbiliti fil-Kodici ta' Organizazzjoni u ProceduraCivili, l-qrati inferjuri huma hielsa li jissindikaw kemm il-validita` tal-kuntratti, kif ukoll jekk jokkorrux ragunijiet li jiggustifikaw ir-risoluzzjoni taghhom. Huwa veru li l-ligi fis-subinciz 3ta' l-Art. 47 timponi limitazzjoni espressa fil-kompetenza tal-Qrati tal-Magistrati fil-kawzi li fihom jindahlu kwistjonijiet dwar proprjeta` ta' beni immobbili, servitujiet, pizijiet jew jeddijiet ohra mghaqqdin ma' l-immobili ghad li l-pretensjoni ma tkunx tiskorri l-elf lira Maltija (bl-Att VI tal-2001 din telghet ghal hamest elef Lira Maltija), u li dawn il-kwestjonijiet allura ma jidhlux fil-kompetenza ta' dik il-Qorti. Pero' l-ligi taghmilha cara illi din il-limitazzjoni kienet tirrigwarda biss azzjonijiet dwar proprjeta, u ma kienetx testendi ghall-kawzi ta' zgumbrament ghal liema japplika l-Art 48.

Meta l-oggett tal-azzjoni ma tivvertiex fuq il-validita` o meno ta` ftehim (f'dan il-kaz lokazjoni) 'ut sic' izda tiddependi fuq kwestjoni ta' impunjattiva ta' skrittura ghal motiv precizat fl-avviz, tali kwestjoni fejn hija ta` valur indeterminat, teccedi l-kompetenza tal-qrati inferjuri.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni