Reference: 37/1993/1

Judgement Details


Date
10/04/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BUGEJA NIKOLINA vs VELLA PAWLA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
AZJENDA KUMMERCJALI, DEFINIZZJONI TA` - AZJENDA KUMMERCJALI, LOKAZZJONI TA` - CITAZZJONI, NULLITA` TA` - META N-NULLITA` MA TKUNX GIET ECCEPITA MAL-EWWEL - LOKAZZJONI, AZJENDA KUMMERCJALI - LOKAZZJONI, META L-INKWILIN TA` AZJENDA KUMMERCJALI JKUN KABBAR L-AVVJAMENT - TRASFUZJONI TAL-GUDIZZJU, MIN GHANDU JEDD JISSOKTA L-KAWZA MINFLOK IL-PARTI MEJTA - TRASFUZJONI TAL-GUDIZZJU, MIN JISTA` JQAJJEM ECCEZZJONI DWAR L-INTERESS MEHTIEG SABIEX ISSIR
Summary
Il-werriet jew l-esekutur ta' wahda mill-partijiet, li tmut matul il-kawza, jew kull wiehed iehor lijkollu nteress, jista' jitlob b'rikors li l-atti tal-kawza jghaddu fil-persuna tieghu, sabiex jissokta l-kawza minflok il-parti mejta.

Eccezzjoni dwar in-nuqqas ta` interess mehtieg sabiex issir it-trasfuzjoni tal-gudizzju tmiss biss lill-persuna li ghandha l-istess interess li kellha l-persuna l-mejta.

F'kull kaz ukoll skond subinciz (2) ghall-Artikolu 789 tal-Kap 12, l-eccezzjonidwar in-nullita` tal-att ma tistax tinghata, meta l-parti li taghtiha tkun baqghet taghmel jew, ghadli tkun taf biha, tkun halliet li jibqghu jsiru atti ohra wara, minghajr ma teccepixxi dik in-nullita`.

Sabiex wiehed jiddistingwi bejn kirja ta` bare premises jew kirja ta` azjenda kummercjali wiehed ghandu jhares lejn dak li kien, fil-kontemplazzjoni tal-partijiet, l-oggett veru u sostanzjali tal-kuntratt: jekk hux cioe l-bini fih innifsu bhala lokal inkella principalment l-azjenda kummercjali bhala tali gestita fih.

Hekk per ezempju gie enuncjat illi "ma jistax jingibed illi ghax l-avvjament ma ssemmiex espressament fil-kuntratt fil-kaz prezenti kien hemm biss lokazzjoni ossija sullokazzjoni ta' bare premises".

Hafna hwienet huma attrezzati u huma licenzjati ghan-negozju pero` ma humiex avvjati. Il-kelma ingliza "goodwill" hija hekk definita ("The New Oxford Illustrated Dictionary) bhala "established custom of business" (saleable value) u ghalhekk il-kelma 'avvjament' ghandha sinifikat specifiku, tindika certu klijentela, f'xi generu ta' negozju. Huwa negozju li fil-pjazza (kelma teknika kummercjali b'sinifikat proprju taghha) huwa maghruf ghal certu tip ta' negozju li ghalih il-hanut huwa attrezzat."

Moghtija din id-definizzjoni, l-kwestjoni tal-licenzi u attrezzaturi jassumu importanza sekondarja. Dak li huwa importanti huwa illi l-fond in kwistjoni huwa maghruf mill-pubbliku bhala fond minn fejn hu gestit tip ta' negozju partikolari, u huwa mfittex mill-pubbliku, jew minn sezzjoni tieghu ghal dak it-tip ta' prodott jew servizz.

Il-Qorti ma deheriliex illi ghandha tingibed xi konkluzjoni sfavorevoli ghall-attur nomine mill-fatt illi wara li saret l-imsemmija skrittura l-hanut gie adoperat ghall-spacc ta' merci differenti minn dak li kienu jinbieghu fih qabel ghaliex it-test huwa jekk fil-lokazzjoni kienx kompriz a business concern u l-fatt illi gie miftiehem illi fil-hanut kien jista' jigi l-quddiem ezercitat negozju ta' kull generu ma jeliminax u ma jiznaturax wahdu l-vera essenza tal-kontrattazzjoni originali.

Il-fatt li l-inkwilin kompla jkabbar l-avvjament ma jfissirx illi n-negozju ma baqax tas-sid, ghalkemmmikri lill-inkwilin. Lanqas ma hu rilevanti l-fatt illi l-inkwilin seta' jaghmel alterazzjonijietfil-bini, jew jerga' jaghti n-negozju b'sullokazzjoni lil haddiehor. Huwa irrilevanti ukoll li l-inkwilin xtara l-attrezzi - ghax l-attrezzi huma biss wiehed mill-elementi, u mhux l-aktar importanti,ta' l-azjenda - u l-fatt illi kellu l-licenzi fuq ismu, ghax il-licenzi juru min hu responsabbli quddiem l-awtoritajiet, u mhux bilfors it-titolarita` tan-negozju. L-izjed element determinanti hu l-fatt illi kien hemm negozju miexi, bil-klijentela tieghu, u l-inkwilin kompla jmexxi l-istess negozju.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info