Reference: 347/2002/1

Judgement Details


Date
01/04/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
WORLD MARKETING LIMITED vs INFORMATION TECHNOLOGY SERVICES LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
ECCEZZJONIJIET, INKOMPETENZA RATIONAE VALORIS - KOMPETENZA RATIONAE VALORIS, META JKUN HEMM TALBIET B`VALUR INDETERMINAT FLIMKIEN MA TALBIET B`VALUR DETERMINAT - KOMPETENZA RATIONAE VALORIS, TALBIET B`VALUR INDETERMINAT - KOMPETENZA, DIPENDENTI FUQ L-ATT PROMOTUR TAL-KAWZA - KOMPETENZA, TISTA` TIDDEPENDI FUQ L-ECCEZZJONI TAL-KONVENUT
Summary
Bhala regola, l-kompetenza tal-Qorti hija meqjusa fuq kollox u qabel kull konsiderazzjoni tal-eccezzjonijiet, mit-termini nfushom tat-talba attrici billi huwa dak l-att promotur kif imressaq (bil-premessi u t-talbiet marbuta maghhom) li jiddefinixxi l-wisgha u l-limiti tal-kompetenza tal-Qorti biextisma' l-kaz.

Skond l-artikolu 747(1) tal-Kap 12, kawza ta' valur incert jew indeterminat titqies dejjem li taqbez il-kompetenza tal-qorti ta' gurisdizzjoni limitata. Fost it-tliet cirkostanzili l-ligi ssemmi bhala kawzi ta' valur indeterminabbli wiehed isib dawk il-kawzi li fihom il-valurtal-haga ma jirrizultax mit-talba attrici u lanqas jista' jigi determinat kif jinghad fl-artikoli l-ohrajn li jitkellmu dwar id-determinazzjoni tal-valur tal-kawza. Dan ifisser, mela, li jekk il-valur ma jissemmiex fit-talba attrici ma jgibx, fih innifsu biss, li dik il-kawza hija wahda ta' valur incert jekk dak il-valur huwa determinabbli.

Madankollu, jibqa' l-fatt li fejn il-valur ta' talba huwa incert jew mhux determinat, il-Qorti xierqa biex tisma' dik it-talba skond ir-rieda espressa tal-ligi hija din il-Qorti. Dan ukoll jaghmel parti mit-tifsira li taw il-Qrati taghna ghar-rigward, fejn gie stabilit b'awtorita' li l-Prim'Awla tal-Qorti Civili (u mhux il-Qorti inferjuri) kienetkompetenti tisma' l-kawza ghax l-attur ressaq talba ghal-likwidazzjoni ta' danni, minkejja li fl-istess waqt iccensuratu talli messu kien jaf li l-oghla ammont ta' kumpens li seta' jiehu ma kien qattjisboq ammont li johrog mill-kompetenza ta' dik il-Qorti inferjuri.

L-imsemmija regola ewlenija hija komplimentata bl-ohra fejn jinghad li l-kwestjoni ta' kompetenza ma tkunx determinata bissminn dak li jinghad fl-azzjoni attrici, imma wkoll minn dak li jressaq l-imharrek bhala eccezzjoni.

Meta l-mertu ta' xi talba attrici jkun ta' valur indeterminat, il-Qrati superjuri jkollhom is-setgha li jisimghu l-kawza, minkejja li xi talbiet ohrajn jaqghu fi hdan il-kompetenza tal-Qrati inferjuri.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info