Reference: 486/1994/3

Judgement Details


Date
28/03/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BRIFFA ANTHONY PRO ET NOE vs ABELA VINCENT OLIVER PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DEJN, HLAS DA PARTI TA` TERZ - PROCEDURI CIVILI - PROCEDURI KRIMINALI - PROVA, EZIBIZZJONI FI PROCEDURI TA` NATURA CIVILI TA` SENTENZA MOGHTIJA FIL-KAMP KRIMINALI - SOCJETA` KUMMERCJALI, RESPONSABILITA` PERSONALI TA` DIRETTURI
Summary
Il-hlas ta` dejn da parti ta` terz disinteressat johloq a favur ta` tali terz dritt ghar-ripetizzjoni tas-somma mhallsa, hlief meta tali hlas isir animo donandi.

Ma jidhirx fil-ligi li hemm xejn kuntrarju ghall-esebizzjoni f'kawza civili ta' kopja ta' sentenza moghtija mill-Qorti Kriminali fuq l-istess fatti.

Mill-principju sancit fl-Artikolu 6 tal-Kodici Kriminali, jigifieri ta' l-ezercizzju taz-zewg azzjonijiet (ossia dik Civili u dik Kriminali), tidderiva biss il-konsegwenza illi l-provi ta' l-azzjoni simili ghandhom isiru ex integro quddiem il-Qorti Civili kompetenti, u dawkta' l-azzjoni kriminali, anke ex integro quddiem il-Qorti Kriminali; pero` xejn ma josta illi jsir il-konfront bejn dawk il-provi, ghall-fini ta' attendibilita` taghhom u ta' l-ahjar amministrazzjonital-gustizzja. Minn hawn jidher ukoll illi konformament ghar-regola relattiva ghall-provi, tista' tigi prodotta f'kawza civili, li tkun ghadha pendenti, kopja tas-sentenza moghtija mill-Qorti Kriminali fuq dawk l-istess fatti; u dan in forza ta' l-Artikolu 627(e) tal-Kap 12.

Naturalment il-gudizzju in sede penale jikkostitwixxi biss wahda mill-provi pero` hi prova importanti anke ghaliex ukoll kull prova hi ammissibbli jekk hi logikament rilevanti ghall-kwistjoni fil-kawza bejn il-partijiet (Artikolu 558 tal-Kapitolu 12).

Id-direttur f'socjeta` hu meqjus bhala mandatarju tas-socjeta` fir-relazzjonijiet interni ma' dik l-istess socjeta` filwaqt li hu kkunsidrat bhala r-rapprezentant ta' dik is-socjeta` fir-relazzjonijiet taghha ma' terzi persuni. Minkejja din id-distinzjonifil-prattika, anke mil-lat legali, ftit jista' jkun hemm divergenza bejn dawn iz-zewg tipi ta' rapprezentanza u dan in vista ta' dak li jipprovdi l-Artikolu 49 tal-Kodici tal-Kummerc fir-rigward tal-ligi applikabbli ghal rapprezentanza kummercjali. Ir-riferenza li jaghmel dan l-artikolu hi ghall-artikolu tal-ligi fil-Kodici Civili li jitratta l-Mandat (Artikolu 1880(2) tal-Kodici Civili).

Madanakollu, f'certi determinati sitwazzjonijiet d-direttur ikun personalment responsabbli ghall-hsara bl-agir delittwuz minnu stess kommess.

Direttur li jkun participi f'att frawdolent jew il-kommissjoni ta' delitt iehor huwa personalment responsabbli verso d-danneggjat. Dana fuq il-principju li kull huwa hati ta` hsara huwa responsabbli ghaliha hu nnifsu u dan anki jekk kien qed jagixxi bhala agent f'isem jew ghallbeneficcju ta' haddiehor, ghaliex il-kuntratt ta' mandat ma jistax jimponi fuq il-mandatarju obbligu li jikkommetti jew jippartecipa fil-kommissjoni ta' frodi jew delitt iehor. Il-fatt li s-socjeta` tista' tkun responsabbli wkoll ma jezonerax lid-direttur.

Dan hu hekk il-kaz anke fejn id-direttur ma jikkommettix l-agir delittwuz personalment imma jippermetti lil haddiehor fil-kumpanija li jikkommettih.

In kolpa kull min fl-ghemil tieghu ma juzax il-prudenza, diligenza u hsieb ta' missier tajjeb tal-familja (Artikolu 1032(1) tal-Kodici Civili). Aktar inciziv ghall-obbligazzjoni li titwieled mid-delitt hu l-Artikolu 1033 li ghal finijiet tal-htija d-danneggjant jirrispondi kull meta jaghmel jew jonqas li jaghmel, bil-hsieb jew minghajr hsieb, xi hagali biha jikser xi dmir impost mil-ligi.

Il-partecipazzjoni ta' direttur ta' socjeta` in vesta proprio f'atti frawdolenti tirrendih certament responsabbli in solidum mal-kumpanija. Din is-solidarjeta` twieldet ex nunc mill-fatt illecitu tieghu, li jfisser li kieku ried il-kreditur seta' fid-diskrezzjoni assoluta tieghu, ipproceda kontra d-direttur personalment gjaladarba dan, kif manifest,hu debitur in solidum.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info