Referenza: 1061/1993/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/03/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
BONNICI GEORGE NOE vs CAMENZULI EDWIN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
SENSERIJA, DRITT GHALL-HLAS TA` - SENSERIJA, META L-KUNTRATT JIGI KONKLUZ MINN WARA DAHAR IS-SENSAL - SENSERIJA, META XI HADD JAGHTI SEMPLICEMENT INFORMAZZJONI
Fil-Qosor
Il-gurisprudenza rilevanti fl-istat attwali tal-gurisprudenza Maltija jirreduci ruhu ghal dan, illifil-kamp civili, jekk is-sensal ikun ikkoncilja l-partijiet dwar is-sostanzjali u l-accidentali ta'l-operazzjoni b'mod li n-negozju guridiku jigi konkjuz allura jekk ix-xoghol tieghu ma jkunx koronatbl-ezekuzzjoni effettiva ghal xi raguni mhux tort tieghu, huwa ghandu dejjem dritt ghal hlas, izdamhux ghas-senserija pjena, imma ghal kumpens in bazi tal-mandat jew lokazzjoni d'opera, fissabbli fid-diskrezzjoni tal-Qorti.

Gie ritenut illi biex imbaghad, fin-nuqqas ta' dritt ghal senserija, ikun hemm lok ghall-kumpens, introdott mill-gurisprudenza lokali, hemm bzonn li jkun hemm inkarikuespress jew tacitu, u xi xoghol li jkun ghamel il-medjatur.

Il-fatt li bniedem jaghti semplicement informazzjoni bla ma jaghmel xejn aktar ma jidhirx li hu intitolat ghal xi kumpens ghas-servigi.

Biex ikun hemm lok ghas-senserija hu rikjest li jkollok fis-sensal partecipazzjoni attivafl-unjoni tal-kunsens. F'kaz li dan l-estrem ma jirrikorrix jista' invece jinghata kumpens korroletat mat-tahbit tas-sensal. Tali kumpens jigi ffissat arbitrio boni viri.

Hawnhekk is-sensalkien wera l-fond lix-xerrej izda ma kienx informa lill-venditur. Ix-xerrej kien ghamel kuntatt dirett mal-venditur tramite riklam li dan kien ghamel fuq il-gazzetti. Il-Qorti irriteniet li s-sensal makienx intitolat ghas-senserija miftehma peress illi l-kuntratt ma kienx sehh bl-intromissjoni tas-sensal. Il-Qorti illikwidat arbitrio boni viri kumpens inferjuri in vista tac-cirkostanzi tal-kaz.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni