Referenza: 561/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/01/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
VALENZIA GEOFFREY
Partijiet
GLADWISH PAUL vs CHRISTEF COMPANY LTD ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
SENSERIJA, DRITT GHALL-HLAS TA` - SENSERIJA, ELEMENTI TA` - SENSERIJA, META JKUN HEMM IKTAR MINN SENSAL WIEHED - SENSERIJA, META MA JSEHHX KUNTRATT - SENSERIJA, META XI HADD JAGHTI SEMPLICEMENT INFORMAZZJONI
Fil-Qosor
Il-gurisprudenza tiddistingwi bejn dritt shih ghas-senserija u meta l-medjazzjoni ma tkunx "shiha" ghad-dritt ta' kumpens. Il-kumpens, u mhux senserija, huwa dovut meta l-operazzjoni ta' kompra-vendita li ghaliha saret il-medjazzjoni, ma tkunx sehhet.

Jekk is-sensal ikun ikkoncilja l-partijiet dwar is-sostanzjali u l-accidentali ta' l-operazzjoni, b'mod li n-negozju guridiku jigi konkjuz,allura, jekk ix-xoghol tieghu ma jkunx koronat bl-esekuzzjoni effettiva ghal xi raguni, li ma tkunxit-tort jew il-fatt tieghu, hu ghandu dejjem dritt ghall-hlas; izda mhux ghas-senserija pjena, immaghal kumpens in bazi ghal mandat jew lokazzjoni d'opera, fissabbli diskrezzjonalment mill-Qorti.

Fil-kaz in ezami l-attur ma kienx laqqa lill-partijiet, hu ma kienx ikkoncilja l-partijiet dwaris-sostanzjali u l-accidentali ta' l-operazzjoni, b'mod li n-negozju guridiku setgha jigi konkjuz.In-negozju gie konkluz minn sensar iehor fuq prezz differenti minn dak li kien qed jinnegozzja bih l-attur.

Ghalhekk il-Qorti iddecidiet li l-attur ma kellux dritt ghal senserija. Lanqas ma kellu dritt ghal xi kumpens billi hu ma kienx gie imqabbad esklussivament bhala sensar imma kien wiehed minn diversi sensara ohra li kienu qed jipprovaw ibieghu l-art. Inoltre l-attur kien ikun intitolat ghall kumpens kieku l-operazzjoni ta' kompra-vendita li ghaliha saret il-medjazzjoni, ma sehhitx,mentri fil-fatt f'dana l-kaz sehhet bl-opera ta' sensara ohra li thallsu mill-konvenuti.

Il-fatt li bniedem jaghti semplicement informazzjoni bla ma jaghmel xejn aktar, cjoe bla ma jadopera ruhu bl-ebda mod biex ilaqqa' l-kunsens tal-partijiet, ma jaghtix dritt la ghal senserija u lanqas ghal kumpens. Biex ikun hemm lok ghal tali kumpens hemm bzonn li jkun hemm inkarigu espress jew tacitu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni