Referenza: 484/2002/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
13/03/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
K.B. REAL ESTATE LIMITED vs SILVIO FELICE LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
CITAZZJONI, FORMALIZMU EZAGERAT - CITAZZJONI, NULLITA` TA` - CITAZZJONI, TIFSIRA CARA U SEWWA TAL-OGGETT U R-RAGUNI TAT-TALBA
Fil-Qosor
Biex wiehed jista' japprezza sewwa xi tfisser l-eccezzjoni taht ezami, ikun xieraq li jinghad mill-ewwel li l-kazijiet li fihom l-eccezzjoni tan-nullita' ta' atti gudizzjarji tista' tinghata huma dawkimsemmija fis-sub-artikolu (1) tal-artikolu 789 tal-Kapitolu 12 tal-Ligijiet ta' Malta.

L-erba' (4) cirkostanzi msemmija f'dak l-artikolu huma tassattivi, fis-sens li biex dik l-eccezzjoni ta'nullita' ta' att gudizzjarju tirnexxi, trid bilfors taqa' taht il-parametri ta' xi wahda minnhom.

Minbarra dan, bis-sahha tal-bidliet li saru fil-ligi bl-Att XXIV tal-1995, l-eccezzjoni ma tirnexxix lanqas (fejn mhix imsejsa fuq il-hrug tal-att gudizzjarju minn qorti li mhix kompetenti) jekk in-nuqqas jew ksur ikunu jistghu jissewwew taht kull disposizzjoni ohra tal-ligi.

Illi l-ligi tipprovdi ukoll li att gudizzjarju, maghmul bis-sahha ta' att null jew li gej minn att null, huwanull ukoll.

Id-distinzjoni bejn nullita' mtellgha taht il-paragrafu (c) u dik taht il-paragrafu (d) tas-sub-artikolu (1) tal-artikolu 789, tikkonsisti fil-fatt li, f'tat-tieni, l-att gudizzjarju jkun milqut minn nuqqas ta' partikolarita' essenzjali mehtiega mil-ligi, u mhux "semplici" ksur tal-forma preskritta.

Il-ligi, tippreskrivi, fost l-ohrajn, li c-citazzjoni ghandu jkun fiha tifsir car u sewwa tal-oggett u r-raguni tat-talba (Art. 156 Kap. 12). Dan ifisser ukoll li l-premessi ghat-talbiet ghandhom iwasslu lil min qieghed jaqra l-att biex jara rabta bejn dawk il-premessi ut-talbiet. Marbut ma' dan ir-rekwizit, hemm il-principju li l-parti mharrka trid tinghata l-fakolta' li tkun tista' tiddefendi kif jixraq lilha nnifisha mill-pretensjoni ta' min iharrikha.

Huwa sewwasew dwar din id-disposizzjoni li wiehed isib ghadd ta' decizjonijiet tal-Qrati taghna li jfissru l-limiti taghha fid-dawl tal-eccezzjoni tan-nullita' tal-Att tac-Citazzjoni minhabba n-nuqqasta' harsien tal-ligi. Hafna minn dawn id-decizjonijiet inghataw minhabba li jkun gie allegat li t-talba kienet incerta, x'aktarx sintesi ta' jeddijiet li kull wiehed minnhom jaghti lok ghal azzjoni distinta u separata. Ghal xi zmien, il-forma tal-att gudizzjarju kienet issaltan, imma, biz-zmien u b'interventi tal-legislatur, issawret it-tejorija maghrufa bhala tal-ekwipollenti li nisslet il-principju li m'hijiex mehtiega ebda ghamla espressa ghall-propozizzjoni tal-azzjoni.

Citazzjoni m'ghandhiex tigi mwaqqgha ghajr ghal ragunijiet gravi. Madankollu, jekk in-nuqqas ta' kjarezza jkunta' ghamla u kwalita' tali li jcahhad b'mod serju lill-imharrek mid-difiza tieghu, ic-citazzjoni ghandha tigi mwaqqgha.

Dwar l-element ta' kjarezza fl-Att tac-Citazzjoni, l-ligi ma tinsistix fuq formola preciza jew kliem partikolari, u sakemm it-talba tkun tista' tinftiehem, ma jimpurtax jekkil-kawzali tkunx imfissra b'mod xott jew sahansitra mifhuma jew implikata mit-talba nnifisha.

Inghad ukoll li fejn ma jkunx hemm kontradizzjoni ghall-ahhar bejn il-premessi u t-talbiet jew bejn it-talbiet innifishom, il-Qrati ghandhom iqisu b'cirkospezzjoni eccezzjoni ta' nullita' ta' att gudizzjarju. Biex att ta' citazzjoni jghaddi mill-prova tal-validita' huwa bizzejjed li t-talba tkunimfassla b'mod tali li l-persuna mharrka tifhem l-intenzjoni ta' min harrikha u li tali tifsila matkunx ta' hsara ghall-imharrek li jiddefendi lilu nnifsu mit-talba tal-attur.

Hu necessarju illi jkun jirrizulta rapport ta' konnessjoni ragonevolment identifikabbli bejn il-premessi migjubin bhala l-kawza tat-talba u t-talba stess kif diretta kontra l-konvenut.

Huwa wkoll mizmum bhalaprincipju generali li n-natura u l-indoli tal-azzjoni ghandhom jigu misluta mit-termini tal-att libih ikunu nbdew il-proceduri . Normalment, b'dan wiehed jifhem li dak li kellu f'mohhu min ikun fetah il-kawza jkun irid jirrizulta mill-att tac-Citazzjoni innifsu u mhux minn provi li jitressqu izjed 'il quddiem fil-kawza, u ghalkemm id-dikjarazzjoni mahlufa hija mehtiega ad validitatem biex ic-Citazzjoni tkun tiswa, dak li jinghad fl-istess dikjarazzjoni ma jiswa qatt biex jirrimedja dak li jista' jkun nuqqas fl-Att tac-Citazzjoni, ghalkemm jista' jitfa' dawl fuq il-kawzali u jiccaraha. B'dan il-mod, jekk id-difett fit-tfassila tal-att li bih tkun inbdiet il-kawza ma jgibx pregudizzju serju lill-parti mharrka, allura l-procedura tkun tista' tigi salvata basta dan ma jaffettwax is-sustanza tal-azzjoni jew tal-eccezzjonijiet.

M'huwiex mistenni li attur ifisser il-provi fil-premessi, imma huwa mehtieg li, matul is-smigh tal-kawza, jipprova dak li ppremetta u jsejjes it-talbiet tieghu skond ma jkun hekk ipprova. Li titlob xi hag'ohra minn attur fl-att tac-Citazzjoni jkun ifisser li titlob aktar minn dak li trid il-ligi nnifisha trid f'dak l-istadju. Ic-Citazzjoni ghandha sservi bhala d-definizzjoni tal-vertenza u mhux il-prova definittiva taghha.

Wiehed irid izommquddiem ghajnejh li n-nullita' tal-atti gudizzjarji hija sanzjoni eccezzjonali u, fil-kaz ta' att ta' Citazzjoni, tali nullita' tkun imputabbli ghal difett ta' forma aktar milli ta' sustanza, liema difett ma jkunx jista' jigi tollerat minghajr hsara ghal xi principju ta' gustizzja procedurali. Issa, fil-kaz tal-lum, id-difett lamentat mill-kumpannija mharrka huwa n-nuqqas ta' premessi cari li hija tqis li kienu mehtiega biex il-kumpannija attrici tista' tikseb ir-rimedju minnha mitlub.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni