Referenza: 147/1988/5

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/03/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
VELLA GUIDO J A&CE vs CEFAI EMANUEL DR.
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
RITRATTAZZJONI, APPLIKAZZJONI HAZINA TAL-LIGI - RITRATTAZZJONI, DISPOSIZZJONIJIET KONTRA XULXIN - RITRATTAZZJONI, ZBALL LI JIDHER MILL-ATTI TAL-KAWZA
Fil-Qosor
Ghall-finijiet ta` ritrattazzjoni, biex jigi deciz jekk kienx hemm applikazzjoni hazina tal-ligi, il-fatti tal-kawza ma jistghux jigu ezaminati mill-gdid. Lanqas jistghu jigu valutati jew interpretati mod iehor, ghajr kif gew valutati u interpretati fis-sentenza attakkata. Ikun hemm lok ghal ritrattazzjoni fuq dan il-motiv jekk, fuq dawk il-fatti kif jirrizultaw ippruvati, ikun jidher li l-Qortiapplikat disposizzjoni tal-ligi flok disposizzjoni ohra li kellha proprjament tigi applikata. Jekkjirrizulta li s-sentenza impunjata tkun applikat il-ligi korretta ghall-fatti tal-kaz, xorta wahdama hemmx lok ghal ritrattazzjoni fuq il-motiv (e) nonostante l-interpretazzjoni moghtija mill-Qortilil dik il-ligi tkun skorretta.

Ghall-finijiet ta' l-Artikolu 811(i) (ritrattazzjoni fuq il-bazi ta` disposizzjonijiet kontra xulxin) il-kontradizzjoni trid tirrizulta fid-dispozittiv tas-sentenza u mhux fil-konsiderazzjonijiet.

Ghall-finijiet ta' l-Artikolu 811(l) (zball li jidher mill-atti jew mid-dokumenti tal-kawza) l-izball fis-sentenza jrid ikun tali li jidher mill-atti jew mid-dokumenti tal-kawza u dan fil-kaz biss li d-decizjoni tkun ibbazata fuq is-supposizzjoni ta' xi fatt li l-verita` tieghu tkun bla dubbju eskluza, jew fuq is-supposizzjoni li ma jezistix xi fatt, lil-verita` tieghu tkun stabbilita pozittivament, basta li, fil-kaz wiehed u l-iehor, il-fatt ma jkunxpunt ikkontestat illi jkun gie deciz bis-sentenza.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni