Reference: 807/1983/1

Judgement Details


Date
27/03/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
XUEREB GEORGE vs XUEREB DOROTHY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ECCEZZJONIJIET, META JIGU SOLLEVATI EX UFFICIO - MANDAT IN FACTUM, OBBLIGAZIONE DI DARE - MANDAT IN FACTUM, OBBLIGAZIONE DI FARE - OBBLIGAZIONE DI DARE - OBBLIGAZIONE DI FARE
Summary
Huwa certament il-kompitu tal-Qorti li tassigura, imqar fuq bazi prima facie, li meta tigi mitluba sabiex tohrog xi wiehed mill-atti ezekuttivi msemmija fl-Artikolu 273 tal-Kap. 12, ikun hemm il-bazilegali u fattwali ghall-hrug ta' tali att. Hawnhekk gie ritenut li l-ewwel Qorti korrettement qajmeteccezzjoni ufficio li kienet tostakola t-talba attrici.

A differenza tal-mandati l-ohra, it-talba ghall-hrug ta' mandat in factum issir b'citazzjoni (Art. 385(3)) u mhux b'rikors. Din il-procedura tac-citazzjoni giet imposta mil-legislatur minhabba n-natura pjuttost eccezzjonali ta' dan il-mandat - li jgib mieghu id-depravazzjoni tal-liberta` personali ta' dak li jkun - b'mod li l-legislatur ried jaghti aktar opportunita` lill-parti li kontra taghha jintalab il-mandat de quo li tiddefendi ruhha mill-bidu nett, u mhux ikollha ghalfejn toqghod tirrikorri ghal proceduri ohra wara li l-mandat ikun inhareg biex tirrevokah. Kienet ghalhekk perfettament intitolata l-ewwel Qorti li tara jekk kienx hemm il-presuppost legali ghall-mandat mitlub.

Skond il-klassika distinzjoni ta' l-obbligazzjonijiet, kif rikonoxxuta fl-art. 1126, 1127 u 1128 tal-Kodici Civili taghna, dawn jitqassmuf'obbligazzjonijiet "di dare", "di fare" u "di non fare". Skond l-art. 1169 l-obbligazzjoni "di dare" dejjem tirriferixxi ghal "haga". Din il-klassifikazzjoni kellha parti importanti fil-gurisprudenza dwar il-hrug ta' mandat 'in factum' billi, nonostante certa oxxillazzjoni f'din il-gurisprudenza dik l-aktar segwita hi li l-mandat 'in factum' ma jistax jintalab ghall-esekuzzjoni ta' obbligazzjoni"di dare", anke jekk ordnata b'sentenza, imma jista' jintalab ghall-eseluzzjoni ta' obbligazzjoni "di fare".

L-obbligazzjoni ta' konsenja ta' "haga" hi obbligazzjoni "di dare" u mhux "di fare"u li ghalhekk f'kaz ta' obbligazzjoni ta' konsenja ta' "haga" jidher pjuttost li ghandha tigi segwita l-gurisprudenza fis-sens li ma jistax jintalab il-hrug ta' mandat in factum, ghalkemm lanqas ma jista' jinghad li l-kurrent l-iehor gurisprudenzjali hu traskurabbli.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info