Reference: 26/2001/1

Judgement Details


Date
24/03/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
SCIBERRAS SALVU vs AWTORITA TAL-IPPJANAR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, POTERI TAL-BORD FL-GHOTI TA` DECIZJONI - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, SETGHA LI JIKKONFERMA, JHASSAR JEW IBIDDEL DECIZJONI LI KONTRA TAGHHA JKUN SAR APPELL U JAGHTI DAWK ID-DIRETTIVI LI JIDHIRLU XIERAQ
Summary
Hawnhekk il-Bord ta' l-Appell ra l-oggezzjonijiet kollha li kienu tqajjmu mill-Awtorita` ghall-izvilupp propost mill-appellat, u addotta r-rakkomandazzjonijiet tal-istess ghall-istess zvilupp, u la darba l-istess appellat accetta l-istess proposti fl-istadju tal-appell hareg il-permess fuq l-istessrakkomandazzjonijiet wara li mexa hu stess maghhom, u wara li tratta l-fatti kollha tal-kaz, u ta gudizzju fuqhom, kif kellu l-poter li jaghmel accetta l-izvilupp propost mill-appellat skond kif emendat bid-decizjoni tieghu, bbazata fuq il-konsiderazzjonijiet accettati u proposti mill-istess Awtorita` ta' l-Ippjanar; minn dan ghalhekk jirrizulta li dak li gie permess mill-istess Bord ta' l-Appelldwar l-Ippjanar kienu il-proposti medesimi diskussi u accettati, mill-istess Awtorita` ta' l-Ippjanar.

Il-Qorti irriteniet li dan ma jammontax ghal agir ultra vires.

Il-gurisdizzjoni tal-Bord ta` l-Appell hija delinejata mill-Artikolu 15 ta` l-Att Dwar l-Ippjanar ta` l-Izvilupp (Kap. 356 tal-Ligijiet ta` Malta). Din il-gurisdizzjoni hija sufficjentement ampja fiha nnifisha pero` tiehu tifsira aktar sinifikattiva meta mehuda mal-paragrafu 6 tat-tielet skeda ta` l-istess Att li jghid "Il-Bord ikollu s-setgha li jikkonferma, ihassar jew ibiddel decizjoni li kontra taghha jkun sar Appell u jaghti dawk id-direttivi li jidhrulu xieraq". Dan il-paragrafu ghalhekk, jaghmilha car, kifukoll irriteniet il-Qorti ta' l-Appell f`diversi sentenzi precedenti taghha, illi il-poteri tal-Bord fil-konsiderazzjoni ta` aggravji mressqin quddiem mid-decizjonijiet ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanarhuwa mhux biss li jikkonferma jew ihassar dawn id-decizjonijiet izda ukoll li jista` ibiddilhom.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info