Reference: 6/1996

Judgement Details


Date
27/03/2003
Court
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, FILLETTI JOSEPH A., SCICLUNA DAVID
Parties
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs LAWRENCE ASCIAK SIVE AXIAK
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
PIZ LI GHANDU JINGHATA GHAL RAKKOMANDAZZJONI TA L UFFICJALI TAL PROBATION
Summary
Il-Qorti, wara li kkunsidrat dan ir-rapport kif ukoll ic-cirkostanzi kollha tal-kaz, hija tal-fehmali ghandha taghti aditu ghar-rakkomandazzjoni ta' l-ufficjal tal-probation. Din il-fehma hija msahhaanke mir-rapporti annessi mar-rapport tal-ufficjal tal-probation. Mid-Dok. 1, li huwa rapport ta' Desmond Zammit Marmara`, Education Coordinator CCF, jidher li l-appellant ilu jattendi l-klassijiet organizzati mill-Education Unit ghall-ahhar sentejn, li l-attendenza tieghu hija regolari u puntwali,u li dejjem wera rispett lejn l-istaff tal-Unit. Inoltre, skond l-istess rapport, "his interactionwith the other residents is very positive and based on solidarity and mutual support". Mid-Dok. 3, rapport ta' Christine Ciappara li hija social worker ma' l-agenzija SEDQA, jirrizulta li l-appellanttalab ghajnuna sabiex meta johrog mill-habs ma jergax lura ghall-problema ta' konsum qawwi ta' alkohol. Dawn huma cirkostanzi li, fil-fehma tal-Qorti, juru motivazzjoni da parti ta' l-appellant biex ighix hajja normali fejn jista' jaghti l-kontribut tieghu lejn is-socjeta`. Huma wkoll ragunijiet lijinkwadraw f'dak li jipprovdi l-ewwel proviso tas-subartikolu (2) ta' l-artikolu 7 tal-Kap 446. Ghalhekk il-Qorti se taghtih l-opportunita` li jkompli juzufruwixxi mill-ghajnuna li diga` sab billi, inkwantu jirrigwarda l-Ewwel Kap u t-Tieni Kap ta' l-Att ta' Akkuza u li dwarhom kien instab hati, hija se taghmel ordni ta' probation skond il-provvedimenti ta' l-artikolu 7 ta' l-Att dwar il-Probation (Kap 446 tal-Ligijiet ta' Malta). Irid jigi ccarat li, nonostante li l-Kapi msemmija jirrigwardawreati taht il-Kap 101 tal-Ligijiet ta' Malta, il-ligi applikabbli hija dik vigenti meta gew kommessir-reati in kwistjoni, cioe` s-sena 1992, meta allura ma kienx prekluz l-uzu ta' Probation ghar-reati kontemplati taht dik l-Ordinanza; inoltre, kien biss fl-1994, permezz ta' l-Att numru VI ta' dik is-sena, li l-koltivazzjoni giet ekwiparata mat-"traffikar". Finalment, bhala parti integrali mir-rijabilitazzjoni kompleta tieghu, il-Qorti ser tirrakkomanda wkoll li huwa jinzamm fl-impjieg tieghu, cioe` l-impjieg li huwa kellu qabel ma beda dan il-kaz.

Il-Qorti trid taghmilha cara li hija b'ebda mod ma trid timminimizza l-gravita` tar-reat ta' koltivar tal-cannabis li llum hu punibbli mill-Qorti Kriminali bil-prigunerija ghall-ghomor u mill-Qorti tal-Magistrati bi prigunerija sa ghaxarsnin; huma biss ic-cirkostanzi partikolari ta' dan il-kaz li qed iwasslu lil din il-Qorti biex timmodifika l-piena.





Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info