Reference: 6/2003/1

Judgement Details


Date
21/03/2003
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
VASSALLO DR. HARRY NOE vs KUMMISSJONARJU ELETTORALI PRINCIPALI NOE ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 57 TAL-KOSTITUZZJONI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, AGIR PARTIKOLARI TAHT LIGI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DRITT GHALL-VOT MHUX WIEHED ASSOLUT - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ELEZZJONIJIET LIBERI - RESTRIZZJONI BAZATA FUQ RESIDENZA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, LEGITTIMU KONTRADITTUR
Summary
L-Artikolu 57 tal-Kostituzzjoni jipprovdi li:

"Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tal-artikolu58 ta' din il-Kostituzzjoni, persuna tkun kwalifikata biex tkun registrata bhala elettur ghall-elezzjoni ta' membri tal-Kamra tad-Deputati jekk tkun, u ma tkunx kwalifikata biex tkun hekk registrata jekk ma tkunx:
a) cittadin ta' Malta;
b) ghalqet l-eta' ta' tmintax-il sena; u
c) residentif'Malta u matul it-tmintax-il xahar minnufih qabel ir-registrazzjoni taghha hekk residenti ghal perjodu kontinwu ta' sitt xhur jew ghal perjodu li jammontaw fit-total globali ghal sitt xhur:

Izda dan il-paragrafu ma japplikax ghal persuna li tkun ordinarjament tirrisjedi f'Malta izda ma tkunx tirrisjedi f'Malta kif mehtieg b'dan il-paragrafu minhabba servizz barra minn Malta fis-servizz pubbliku, ...jew minhabba servizz barra minn Malta f'korp, jew bhala membru ta' korp dixxiplinat..."

Il-fatt li ma tkunx qed tigi attakkata ligi partikolari ma jeskludix l-azzjoni kostituzzjonalikemm-il darba jigi attakkat l-agir partikolari taht dik il-ligi.

In principju u bhala regolagenerali, allegazzjonijiet ta' ksur ta' drittijiet fundamentali ghandhom ikunu diretti lejn il-Gvern u mhux lejn xi persuna, fizika jew morali, li mhix parti mill-organu Governattiv. Ghalkemm il-filosofija wara d-drittijiet fundamentali stabbiliti fil-Kostituzzjoni jwassal ghall-konkluzzjoni li dawn qeghdin hemm biex jipprotegu l-individwu fil-konfront tieghu mal-istat, pero', dan il-principju magiex segwit fil-formulazzjoni tal-Kostituzzjoni, u jista' jaghti lok li certi libertajiet fundamentali jigu vjolati minn indivdwu, u dan fejn il-kliem tal-Kostituzzjoni juri li d-dritt partikolari protett jista' jkun hekk vjolat: kollox jiddependi mit-termini tal-istess Kostituzzjoni.

Ebda persuna, lanqas cittadin ta' pajjiz partikolari, ma tista' tivvanta dritt assolut u llimitat biex tivvota f'elezzjonijiet li jsiru f'dak il-pajjiz. Issa, hu veru, li l-artikolu 3 tal-Ewwel Protokol tal-Konvenzjoni Ewropea ghad-Drittijiet tal-Bniedem (riprodott fl-ewwel Skeda tal-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea, Kap 319), jipprospetta mhux biss l-obbligu ta' kull Stat li jzomm perjodikament elezzjonijiet generali li jkunu "free and fair", izda wkoll id-dritt ghall-vot, izda dan id-dritt dejjem gie meqjus bhala soggett ghal restrizzjonijiet legittimi imposti mill-Istat.

Ir-rekwizit ta' "residenza" fl-Artikolu 57 m'ghandux jigi interpretat b'mod li jiznatura t-tifsira ta' residenza. Il-kelma "residenza" ma tfissirx presenza fizika fil-pajjiz, izda tinkludi fiha u tippermetti allontananzi perjodici mill-istess pajjiz. Persuna li tkun temporanjament assenti minn Malta minhabba xoghol,studju, mard, jew missjoni, m'ghandhiex u ma tistax titqies li m'ghadhiex residenti f'Malta. Persuna li tmur barra biex tistudja jew fuq xoghol xorta wahda tkun "directly and continuously concerned"mal-attivita' politika fil-pajjiz ta' residenza taghha, u ma tezistix, allura, raguni ghac-cahda ta'dik il-persuna mid-dritt tal-vot tahha. Interpretazzjoni mod iehor tal-kelma "residenza", u cioe',presenza fisika kontinwa fil-pajjiz tista' twassal biex iccahhad id-dritt tal-vot lil min ghandu interess dirett u personali fil-gejjieni tal-pajjiz, u dan bi ksur tal-artikolu 3 tal-ewwel Protokol tal-Konvenzjoni Ewropea.

Residenza, kwindi, ma tirrikjedix presenza kontinwa fil-lok ta' dak il-pajjiz, imma wahda abitwali skont ic-cirkustanzi tal-kaz ta' dik il-persuna. Sta ghall-Qorti tiddeciedi, skont ic-cirkustanzi tal-kaz partikolari, jekk l-assenza tal-persuna minn Malta kinitx daqshekk kontinwa u permanenti li twassal ghall-konkluzzjoni li dik il-persuna qatghet kull kuntatt ma u interess fil-pajjiz fejn trid tivvota.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info