Reference: 1893/2001/1

Judgement Details


Date
20/03/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
ELLUL JOHN ET vs CASSAR VINCENZA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DIVIZJONI, DIVIZJONI PARZJALI TIRREKJEDI FTEHIM BEJN IL-KONDIVIDENDI - DIVIZJONI, FIRDA TA` FONDI BI BCEJJEC - DIVIZJONI, HOLQIEN TA` SERVITUJIET - DIVIZJONI, HTIEGA TA` TALBA AD HOC SABIEX BARRANIN JITHALLEW JOFFRU FIL-BEJGH IN LICITAZZJONI - DIVIZJONI, KOMODAMENT DIVIZIBBLI - DIVIZJONI, MHUX NECESSARJU LI SSIR TALBA AD HOC GHALL-LICITAZZJONI - DIVIZJONI, PRINCIPJI GENERALI TA` KIF GHANDHA SSIR
Summary
It-terminazzjoni tal-komunjoni tista' ssir jew tramite divizjoni in natura jew b'bejgh in licitazzjoni, imma, sakemm ma jkunx hemm qbil mill-kondividendi kollha, mhux permess li proprieta' tinqasam uohra tinbiegh; jew il-proprieta' in komun hija passibbli ghad-divizjoni in natura, jew trid tinbiegh. Qasma parzjali mhix permessa jekk mhux bil-kunsens tal-kondividendi kollha.

Kull ko-proprietarju ghandu dritt jitlob id-divizjoni u jinsisti li sehemu, zghir kemm hu zghir, jiehdu fil-qasma,u ma jistax jigi mgieghel jiqba' in komun ghax hemm ohrajn li jirdu hekk jibqghu. L-artikolu 496 tal-Kodici Civili huwa car meta jghid li "hadd ma jista' jkun imgieghel jibqa' fil-komunjoni".

Biex tinghata d-divizjoni mhux bizzejjed li l-beni in komuni jkunu jistghu materjalment u fizikamentjigu divizi, imma jehtieg ukoll li l-beni jigu divizi komodament u bla diskapitu. Ikun hemm diskapitu wkoll meta l-fond bid-divizjoni materjali jigi deprezzat fil-valur ekonomiku tieghu.

Sabiexjigi determinat jekk fond hux komodament divizibbli jew le, mhux sufficjenti li l-fond ikun jista'jigi fizikament diviz, izda huwa necessarju illi tigi konsiderata l-eventwalita` li l-qasma tista` tfisser deprezzament tal-valur intrinsiku ta' l-oggett u ghalhekk il-participanti fid-divizjoni jinghataw prozjonijiet mhux tajbin ghall-funzjoni ekonomiku tal-haga shiha.

Meta wiehed jigi biexjifforma u jqassam l-ishma, ghandu jevita li jifred il-fondi bi bcejjec jew li johloq servituijiet.

Tant il-licitazzjoni kemm id-divizjoni huma modi ta' cessazzioni tal-komunjoni u, ghalhekk, talba ghad-divizjoni tista' tigi provveduta billi tigi ordnata l-licitazzjoni u talba ghal licitazzjoni tista' tigi provveduta billi tigi ordnata d-divizjoni n-natura.

Ghandha ssir talba ad hocai termini ta' l-Artikolu 517 tal-Kodici Civili sabiex barranin jithallew joffru fil-bejgh in licitazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info