Reference: 328/1993/1

Judgement Details


Date
20/03/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
AQUILINA JOSEPH ET vs ELLUL ALFRED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KUNSENS, VIZZJU MINHABBA QERQ
Summary
L-artikolu 1212 tal-Kodici Civili jiddisponi li, "Kull ftehim li fih tkun nieqsa xi wahda mill-kundizzjonijiet essenzjali sabiex kuntratt ikun jiswa', jew li l-ligi tiddikjara espressament li hu null,hu suggettt ghar-rexxissjoni". L-artikolu 966(b) tal-istess Kodici Civili jghid li l-kunsens ta' dak illi jobbliga ruhu huwa wiehed mir-rekwiziti essenzjali sabiex kuntratt ikun jiswa, u dan il-kunsens jigi newtralizzat f'kaz li jkun vizjat b'qerq. L-artikolu 981 tal-Kodici Civili jiddisponi, fil-fatt, li "L-eghmil doluz huwa motiv ta' nullita' tal-ftehim, meta l-inganni maghmulin minn wahda mill-partijiet ikunu tali illi minghajrhom il-parti l-ohra ma kienetx tikkuntratta". Is-subartikolu (2)ta' dan l-artikolu jiddisponi, imbaghad, li l-eghmil dolus ma jistax ikun prezunt, imma ghandu jigippruvat.

L-elementi tad-dolus huma ben definiti fil-gurisprudenza u fid-duttrina. Biex ikun hemm id-dolo jridu jikonkorru erba' elementi, li huma (a) l-intenzjoni li jqarraq da parti tal-partil-ohra; (b) l-eghmil doluz irid ikun gravi; (c) id-dolo trid tkun determinanti biex gie iffirmat il-kuntratt; u (d) id-dolo irid ikun sehh bill-partecipazzjoni, attiva jew passiva, tal-parti l-ohra.

Dwar l-ewwel element, jehtieg li l-frodi jigi dejjem pruvat, u frodi "in re ipsa", li kien accettat fid-dritt Ruman, m'ghadux aktar parti mis-sistema taghna. Il-frodi tista' tigi pruvata bi kwalunkwe mezz li tippermetti l-ligi, izda dik il-prova trid tirrizulta b'mod car u cert, u ma tistax tigi prezunta.

It-tieni element irid li min ikun vittma ta' frodi juri li l-ingann uzat kien ta' certu gravita'. Il-ligi trid tipprotegi l-kunsens ta' dak li jkun, pero', ma tridx lanqas tasal lithassar kuntratt b'rizultat ta' kredulita' zejda da parti tal-vittma. Certi suggerimenti, insistenzi u attenzjoni zejda da parti ta' dak li jkun irid jikkuntratta, ghalkemm mhux inkoraggjati, huma accettati, u wiehed ghandu joqghod hu attent li ma jaqax vittma ghal dawn it-tricks. Ir-ragiri wzati ghandhom ikunu ta' certa gravita u certi inezatezzi ma jwasslux ghat-thassir tal-kuntratt.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info