Reference: 38/1997/1

Judgement Details


Date
17/03/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CAUCHI THOMAS ET vs CARUANA LAWRENCE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, DISTINZJONI BEJN FOND URBAN U FOND RUSTIKU - LOKAZZJONI, META DESTINAZZJONI TA` FOND TIGI DETERMINATA B`SENTENZA BEJN IL-PARTIJIET
Summary
"Fond urban" jikkomprendi kull bini li ma jikkwalifikax bhala rurali, filwaqt li "fond rustiku" ghandu jitqies bhala kull fond iehor, inkluzi l-kostruzzjonijiet rurali, li jkunu destinati ghall-abitazzjoni ta` dawk illi jkunu involuti biex xoghol manwali taghhom fil-koltivazzjoni ta` l-art, jkunu inkarigati biz-zamma tal-bhejjem, kif ukoll ghall-kustodja u konservazzjoni tal-makkinarju u l-ghododli jservu ghall-koltivazzjoni ta` l-istess artijiet.

Razzett mikri bir-raba tieghu ghal skopta' agrikoltura ma jistax jitqies fond urban, u ghalhekk il-Bord li Jirregola l-Kera m'ghandux gurisdizzjoni dwaru. Dan hu hekk anke fejn ir-razzett jigi mill-inkwilin uzat ghall-abitazzjoni.

F'dawn il-kazijiet kollha, fejn ghandek bini (razzett jew kmamar) u raba flimkien, b'kirja wahda, l-kriterju distintiv, u daqstant pacifiku fil-gurisprudenza taghna, biex jigi stabbilit jekk il-fondhuwiex urban jew rustiku hu dak li jitqies "l-oggett principali tal-lokazzjoni", ossija "l-iskop principali tal-kuntratt". B'mod illi jekk jirrifletti fuq il-kultivazzjoni huwa fond rustiku, u jekk jirrifletti fuq l-abitazzjoni huwa fond urban u ma ghandux jigi kunsidrat bhala fond rustiku billi jkollu anness mieghu gnien jew raba.

Il-principju denominatur fil-kazijiet hawn ezaminati jikkoncerna maggorment sitwazzjonijiet fejn oltre raba jkollok ukoll il-bini. Huwa f'dawn id-dati cirkostanzi fejn ikollok zewg affarijiet flimkien b'kirja unika, li tinghata espressjoni lill-principju tal-iskop principali tal-kirja. Dan hu hekk ukoll per ezempju fil-kaz ta' kirja ta' "casa bottega".

Issib ukoll sitwazzjonijiet fejn ghad-determinazzjoni dwar jekk fond huwiex rustiku jew urban trid thares lejn l-uzu li ghalih fond ikun inkera. Hekk, per ezempju, ghalqa biex fiha jitqeghdu l-blokki ta' rham, inservjenti ghan-negozju ta' marmista, giet meqjusa bhala mahzen, u allura fond urban. U razzett ghat-trobbija fih tal-bhejjem inservjenti ghall-ezercizzju tal-industrija tal-kerrej ukoll gie meqjus bhala fond kummercjali u ghalhekk protett bil-ligi tal-Kera.

Il-kwestjoni hawnallura, ghal finijiet tad-definizzjoni, ma huwiex il-fond fih innifsu, jew x'jissejjah, izda l-uzuli ghalih inkera. Hekk "raba" mikri ghall-mergha tal-annimali ma jaghmlux fond agrikolu skond it-tifsira moghtija lill-kelma fil-Kap 199 tal-Ligijiet. "Minn naha l-ohra post anke go l-abitat, u mibni, jista' jkun "'raba" fis-sens tad-definizzjoni jekk jinkera principalment ghall-koltivazzjoni ta'prodotti agrikoli"

Il-kaz in ezami kien jitratta dwar zewg kirjiet separati, ossia u raba: zewg lokazzjonijiet separati, wahda ghar-razzett u l-ohra ghall-ghalqa. Iz-zewg kirjiet kienu distinti minn xulxin. Kienu japplikaw allura ghaz-zewg kazijiet mhux biss konsiderazzjonijiet differenti,imma wkoll jistghu jigu avvanzati eccezzjonijiet divergenti ghal kull wahda minnhom. U ghaz-zewg kazijiet huma t-tribunali specjali li jirregolaw il-kiri, kemm tal-fondi urbani, kif ukoll dawk rustici li ghandhom il-kompetenza esklussiva li jiddeterminaw jekk il-konvenut kellux id-dritt jew le ghar-rilokazzjoni li tintitolah li jibqa' jokkupa l-fond.

Fejn in-natura tal-fond tkun giet determinata bl-operat tal-Qorti jew tat-Tribunal huwa dubjuz kemm jista' sussegwentement f'kawza ohra wiehed imur lura minn dik id-decizjoni u jirrexxindi l-karattru tal-fond.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info