Referenza: 538/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/02/2000
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT
Partijiet
BONAVIA VICTOR vs L-AWTORITA TAL-IPPJANAR
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DISKRIMINAZZJONI - SMIGH XIERAQ
Fil-Qosor
F'dan il-kaz,ir-rikorrent jghid li la kellu smigh xieraq quddiem l-Awtorita` ta' l-Ippjanar u anqasquddiem il-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar.

Kien jinkombi fuq ir-rikorrent li jipprova lima kellux “smigh xieraq”, u tali prova ma ingabitx. Jekk, mill-banda l-ohra, r-rikorrent qed jghidli ma kellux “smigh xieraq” ghax il-ligi ma tipprovdilux “access ghal Qorti li setghet tinvestiga il-proporzjonalita` bejn l-iskop pubbliku fid-dikjarazzjoni tas-sensitivita` ambjentali tas-sit u d-drittijiet tieghu”, allura l-lanjanza tar-rikorrent kellha tkun indirizzata lejn il-Gvern, rappresentat mill-Prim Ministru jew mill-Avukat Generali (skond meta jkun gie intavolat ir-rikors) u mhux lejnl-Awtorita` ta' l-Ippjanar, wisq anqas lejn il-Bord. Ghalhekk din il-Qorti ma tarax li tista' takkolji l-ilment tar-rikorrent ibbazat fuq l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni.

Rigward l-Artikolu 1 ta'l-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni, dan jipprovdi tlett regoli distinti pero` interkonnessi: (1) Kullpersuna naturali jew persuna morali ghandha dritt ghat-tgawdija pacifika tal-possedimenti taghha. (2) Hadd ma ghandu jigi pprivat mill-possedimenti tieghu hlief fl-interess pubbliku u bla hsara tal-kundizzjonijiet provduti bil-ligi u bil-principji generali tal-ligi internazzjonali. (3) Izda d-disposizzjonijiet ta' qabel ma ghandhom b'ebda mod inaqqsu d-dritt ta' Stat li jwettaq dawk il-ligijiet li jidhrulu xierqa biex jikkontrolla l-uzu ta' proprjeta` skond l-interess generali jew biex jizgural-hlas ta' taxxi jew kontribuzzjonijiet ohra jew pieni.

L-essenza tad-diskriminazzjoni tikkonsisti filli jinghata trattament differenti ghal kazijiet ugwali. Fil-gurisprudenza ta' Strasbourg tintuza spiss flok il-kelma “equal” il-kelma “similar”. Hekk, per ezempju, fil-kaz ta' Spadea and Scalabrino (deciz fit-28 ta' Settembru, 1995) jinghad hekk:
“Article 14 will be breached where, without objective and reasonable justification, persons in ‘relevantly' similar situations are treated differently. For a claim of violation of this Article to succeed, it has therefore to be established,inter alia, that the situation of the alleged victim can be considered similar to that of persons who have been better treated” (A. 315-B, p.28).

Fi kliem l-awturi van Dijk u van Hoof, fit-tielet edizzjoni tal-ktieb taghhom “Theory and Practice of the European Convention on Human Rights” (Kluwer, The Hague, 1998),
“A violation of the principle of equality and non-discrimination arises ifthere is (a) differential treatment (b) of equal cases (c) without there being an objective and reasonable justification, or if (d) proportionality between the aim sought and the means employed is lacking” (p. 719).

F'dan il-kaz, ir-rikorrent qed jallega li saret diskriminazzjoni fil-konfront tieghu mill-Awtorita` intimata u mill-Bord peress li l-“area” tal-Maghtab hija “committed” ghal farms u farmhouses, u filwaqt li inghataw permessi f'dik l-“area” ghall-bini ta' farms lil haddiehor,lilu l-permess ma inhariglux.

Din il-Qorti ma taqbilx mar-rikorrenti u ghaldaqstant tichadit-talbiet tieghu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni