Referenza: 864/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/02/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
VASSALLO LISA MARIE vs CAMILLERI PETER PAUL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ZWIEG, NULLITA` MINHABBA DIFETT SERJU TA` DISKREZZJONI TA` GUDIZZJU
Fil-Qosor
Id-difett serju ta' diskrezzjoni ta' gudizzju jirrigwarda nuqqas ta' maturita` volittiva u tal-fakoltajiet kritici u estimattivi. Tali difett jinabilita lil dak fost il-konjugi li jevalwa sostantivament id-drittijiet u d-dmirijiet essenzjali tal-hajja mizzewga.

Il-fatturi li jaghtu lok ghaldan id-difett jistghu jkunu multipli u varji. Kollokati fosthom hemm dawk relatati mal-personalita`individwali fil-kuntest taz-zwieg. Kjarament l-esenzjalita` ta-zwieg tikkonsisti fl-iskambju reciproku tal-partijiet bl-intiza li joholqu relazzjoni inter-personali ghal hajja komuni flimkien.

Biex wiehed jivvaluta din l-essenzjalita` l-indagini trid tkun kommizurata mal-funzjoni taz-zwieg.Fil-kaz konkret, imbaghad, dan l-ezami jrid isir in relazzjoni ghall-posizzjoni ta' l-attrici, litwiegeb l-interrogattiv jekk fuq il-fatti, issa skoperti, kienetx tikkuntratta z-zwieg jew dawn kienux jimpedulha l-izvolgiment tieghu.

Dak li allura ghandu jitqies il-punt determinanti ma jikkoncernax biss l-incidenza oggetiva tal-hajja konjugali izda wkoll l-aspett tal-materja in korrelazzjoni ghal dawk l-elementi soggettivi tal-konjugi li qed titlob l-impunjativa tal-kuntratt taz-zwieg.Elementi dawn li ghalkemm rizultanti ex post facto iz-zwieg iridu wkoll jigu apprezzati b'riferiment ghaz-zmien tac-celebrazzjoni taz-zwieg innifsu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni