Reference: 923/1986/1

Judgement Details


Date
28/02/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
SPITERI MARIO PRO ET NOE vs FARRUGIA JOSEPH V ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
MORA, JINHTIEG ATT GUDIZZJARJU META MA JKUNX HEMM FTEHIM DWAR TERMINU - MORA, META JIGI STABILIT TERMINU GHALL-EZEKUZZJONI TA` L-OBBLIGAZZJONI - MORA, NUQQAS TA` FTEHIM DWAR ZMIEN META GHANDHA TITWETTAQ OBBLIGAZZJONI
Summary
L-Artikolu 1130 tal-Kodici Civili jipprovdi s-segwenti:

(1) "Jekk l-obbligazzjoni tkun li wiehed ghandu jaghti jew jaghmel, u fil-ftehim ikun gie stabbilit zmien, id-debitur jigi mqieghed in mora bl-gheluq biss ta' dak iz-zmien ..."

(2) "Jekk fil-ftehim ma jkunx gie stabbilit ebda zmien, jew jekk iz-zmien ikun jaghlaq wara l-mewt tad-debitur, id-debitur jew il-werriet tieghu ma jiguximqeghed 'in mora' hlief wara li jigi msejjah b'att gudizzjarju.";

Terminu stipulat f'kuntratt anki meta ma jkunx essenzjali minn natura tal-kuntratt jibqa` dejjem wahda mill-kondizzjonijiet l-aktar importanti fil-formazzjoni tal-vinkolu kontrattwali.

Dan hu hekk anke fl-ipotesi kontemplata fis-subinciz (2) ta' l-artikolu fuq espress. Naturalment hemmhekk hija mehtiega l-kostituzzjoni in mora ta` l-obbligazzjonijiet minghajr terminu peress illi qabel tali kostituzzjoni id-debiturjista` jispera fit-tolleranza tal-kreditur u li l-kreditur ma jkollux ghal qalbu l-adempiment immedjat tal-obbligazzjoni.

Meta l-obbligazzjoni tkun wahda "di fare" u l-istipulazzjoni tistabilixxi terminu, id-debitur huwa kostitwit in more bis-semplici skadenza tat-terminu stipulat.

Naturalment wiehed jissupponi illi t-terminu stipulat jew promess, indikanti z-zmien ghall-ezekuzzjoni, ghandu ragonevolment jigi interpretat fl-ambitu ta' xi cirkostanzi specjali li talvolta seta' jkunhemm.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info