Reference: 280/2002

Judgement Details


Date
11/03/2003
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs BORG NOEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
MANTENIMENT PENDENTE LITE, TERMINU TA` VALIDITA` TA` DIGRIET TAS-SEKOND` AWLA - MANTENIMENT, PROCEDURI KRIMINALI GHAL NUQQAS TA` HLAS TA`
Summary
Is-Sekond Awla tal-Qorti Civili, fid-digriet taghha li bih tawtorizza lil xi parti biex tipprocedi ghall-firda personali quddiem il-Prim Awla, jew f'rikors sussegwenti pero` qabel ma jinbdew il-proceduri fil-kontenzjuz, tista' wkoll taghmel ordni ghall-hlas ta' manteniment pendente lite u dan l-ordni jkun validu kemm ghal matul il-proceduri quddiem is-Sekond Awla kif ukoll ghal matul il-proceduriquddiem il-Prim Awla dejjem, naturalment, sakemm dana l-ordni ma jigix revokat jew altrimenti mibdulminn wahda minn dawn il-qrati skond ma jkun il-kaz.

F'digriet bhal dan jista' jkun hemm, kifga inghad, ordni ghall-hlas ta' manteniment kif ukoll ordni ghall-kura u ghall-kustodja tat-tfal ughall-access ghalihom ghal dik il-parti li ma tkunx hekk fdata bil-kura u l-kustodja. Isegwi, ghalhekk, li l-fatt li jkunu ddekorrew is-sitt xhur ma jfissirx li dan id-digriet u dawk l-ordnijiet awtomatikament jiskadu. Salv l-effetti ta' rikonciljazzjoni bejn il-partijiet, dawk l-ordnijiet jibqghu validi sakemm ma jigux espressament revokati jew altrimenti mibdula mill-istess Sekond Awla jew mill-Prim Awla jew sakemm id-digriet ma jigix dikjarat null minn Qorti kompetenti.

It-terminu ta'xaharejn, li johrog mill-Artikolu 480(4) tal-Kap. 12 m'ghandux x'jaqsam mal-validita` tad-digriet jew ta' l-ordni ghall-hlas tal-manteniment. Dan it-terminu, jirreferi ghall-esegwibbilita` ta' dak id-digriet bil-mezz ta' xi att esekuttiv imsemmi fl-Artikolu 273 tal-Kap. 12. Il-fatt li d-digriet ma jibqax hekk esegwibbli bil-mezz ta' xi wiehed minn dawn l-atti ma jfissirx li dak id-digriet u l-ordni ghall-hlas tal-manteniment fih kontenut ikun skada ghall-finijiet tal-Artikolu 338(z) tal-Kodici Kriminali.

L-Artikolu 553 tal-Kap. 12, li jipprefiggi terminu ta' sitt xhur - qabel l-1983 kien ta' xaharejn - ghall-validita` ta' digriet ta' awtorizzazzjoni jew permess tas-Sekond Awla, japplika biss ghall-kazijiet ta' awtorizzazzjoni jew permess ghal xi konvenzjoni jew rinunzja, u mhux ukoll ghal digrieti sabiex wiehed jipprocedi fil-kontenzjuz ghas-separazzjoni personali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info