Reference: 1190/1997/1

Judgement Details


Date
27/02/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
MEILAQ FRANCIS ET vs BONNICI BRIAN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, DISKREZZJONI TAL-QORTI FL-APPLIKAZZJONI TAL-METODU ADOTTAT F`BUTLER V. HEARD - DANNI, MULTIPLIER - PERSUNA LI TKUN TAHT L-ETA` - DANNI, MULTIPLIER - WORKING LIFE EXPECTANCY GHANDU DEJJEM JITNAQQAS SABIEX JAGHMEL TAJJEB GHAC-C CHANGES AND CHANCES OF LIFE
Summary
Il-principju kontenut f'Butler v. Heard ta' kif il-Qorti tasal ghal ammont ta' kumpens ghal lucrum cessans li ghandu jigi akkordat lid-danneggat huwa biss istrument li jiffacilita' l-ezercizzju tal-gudikant fil-komputazzjoni tal-"quantum", izda finalment huwa mholli fl-arbitrju tal-gudikant li jarali kemm jista' jkun d-danni jkunu jirriflettu dak li hu gust u xieraq fic-cirkostanzi.

Meta d-danneggjat ikun minuri il-perjodu mehud in konsiderazzjoni bhala "working life expectancy" ma seta'qatt jinkludi dak iz-zmien meta legalment il-minuri ma setghatx tahdem. Ghalkemm il-minuri setghetsaltwarjament tippercepixxi xi introitu minn xi attivitajiet (f'dan il-kaz 'photo sessions') dan majfissirx li l-parti responsabbli ghandha b'daqshekk tirrispondi ghat-telf f'zmien meta legalment l-istess minorenni kienet tiddependi mill-genituri taghha.

Il-kuncett ta' "the changes and chances of life" gie introdott biex proprju jiggustifika temperament fil-komputazzjoni tad-danni a bazital-principju li hadd ma jaf il-futur u, ghalkemm persuna tista' tghix sa eta` avvanzata, l-hajja tghallimna mod iehor. Ghalhekk fl-eventwalita` li d-danneggat, ghal xi raguni kompletament indipendenti mid-dizabilita` subita fl-incident, kellu jmut qabel ma jilhaq il-massimu tal-hajja lavorattiva tieghu, tkun saret ingustizzja mal-parti li kkawzat d-danni billi din tkun hallset ghall-perjodu metaeffettivament d-disabilita` tad-danneggat tkun ghal kollox irrilevanti billi dan ikun miet. Isegwi li d-danni li ghandhom jigu akkordati jridu jirriflettu l-bilanc li ghandu jintlahaq bejn d-dritt tad-danneggat u l-obbligu tad-danneggant. Tenut kont ta' dan isegwi li l-"working life expectancy" ma ghandux jigi, kif qatt ma gie, konsidrat kollu ghall-fini tal-fissazzjoni tal-"multiplier".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info