Reference: 38/2001/1

Judgement Details


Date
10/01/2003
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
BRINCAT KENNETH vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, LEGITTIMU KONTRADITTUR - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, RAPPREZENTANZA GUDIZZJARJA TAL-GVERN - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, SMIEGH XIERAQ - TRIBUNAL GHAL TALBIET ZGHAR - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, TLIET TIPI TA` KONVENUT - INTERESS GURIDIKU, ELEMENTI TA` - INTERESS GURIDIKU, SUSSISTENZA MATUL IL-HAJJA TAL-AZZJONI
Summary
L-Avukat Generali jirrapprezenta lill-Gvern f'dawk l-atti u l-azzjonijiet gudizzjarji li minhabba n-natura tat-talba ma jkunux jistghu jigu diretti kontra xi wiehed jew aktar mill-kapijiet tad-dipartimenti l-ohra tal-Gvern.

Ghalhekk il-Prim' Ministru mhux legittimu kontradittur f`azzjonijietta` din in-natura.

F`kawzi ta` natura kostituzzjonali jezistu tliet tipi ta` konvenuti:

(i) L-ewwel kategorija tikkomprendi dak li huwa allegat li huma direttament jew indirettament, responsabbli, ghall-kummissjoni jew ommissjoni, ta' xi fatt li jikser xi dritt fundamentali protett mill-ligi;

(ii) Fit-tieni kategorija huma dawk li ghall-omissjonijiet jew kummissjonijiet tal-persuni tal-ewwel kategorija jistghu jkun responsabbli biex jaghtu jew jiffornixxu r-rimedji li s-sentenza, li takkolji l-lament tal-ksur ta' dritt fundamentali, tissanzjona;

(iii) Fit-tielet kategorija mbaghad hemm dawk il-partijiet kollha li jkunu in kawza, meta l-kwistjoni kostituzzjonali tinqala' fuq jew waqt xi proceduri gudizzjarji.

Jistghu madanakollu jigu inkluzi persuni li strettament ma jaqghux f`wahda minn dawn il-kategoriji izda li jiddahhlu fil-kawza unikament sabiex il-gudizzju jkun integru.

Huwa ormai pacifiku illi (a) l-interess guridiku ghandu jkun attwali,jigifieri li ghandu jezisti fil-mument li tigi proposta l-azzjoni, u (b) illi l-interess jehtieg lijkun konkret, personali u sussistenti di fronti ghall-konvenut maghzul bhala legittimu kontraditturtad-domanda, ghaliex anke ghall-konvenut l-interess huwa l-mizura tal-eccezzjoni.

Hu wkoll stabbilit li min jipproponi kawza ghandu jkollu mhux biss interess fl-ezitu taghha, imma dan l-interess ghandu jkun jissussisti fil-konfront tal-konvenut.

Huwa difatti minn dan il-principju tal-kontestazzjoni ta' l-attur fil-konfront tal-konvenut, ta' vjolazzjoni ta' dritt, li tinholoq ir-relazzjoni guridika, li tirradika l-azzjoni kontra l-konvenut u tindikah bhala l-legittimu kontradittur ta' l-attur.

L-interess jehtieg biss li jkun ta' natura guridika jigifieri li jkun jikkorispondi ghall-lezjoni ta' dritt u lanqas hu mehtieg li jkun hemm vjolazzjoni ta' dritt vera u proprju, imma hu bizzejjed li l-ezistenza tad-dritt tkun minaccjata.

F'din il-kawza ir-rikorrent argumenta li ma kienx qed jinghata smiegh xieraq quddiem it-Tribunal ghal Talbiet Zghar. Hu sostna illi:

a) Il-Ligi ma tippermetti li l-gudikant fuq it-Tribunal ghal Talbiet Zghar ikun avukat pratikant u li dan il-fattur seta` johloq konflitt ta` interessi. Il-Qorti irriteniet li din l-allegazzjonikienet infondata fattwalment u li l-Ligi permezz ta` l-istitut tar-rikuza u ta` l-astensjoni, kif ukoll tal-possibilita` ta` appell mid-decizjonijiet tat-Tribunal kienet tipprovdi protezzjoni sufficjenti kontra tali possibilitajiet. Barra minn hekk il-Qorti irriteniet li l-Att dwar it-Tribunal ghalTalbiet Zghar fih innifsu fih ukoll mizuri mirati lejn l-imparzjalita` tal-gudikant.

b) It-tieni argument kienet li l-procedura ta` nomina u ta` tnehhija tal-gudikant kienet tali li timmina l-imparzjalita` ta` l-istess gudikant. Il-Qorti irriteniet li sakemm il-kariga ta' gudikatur ma tistaxtintemm kapriccozament u skond kif jiddeciedi l-Ezekuttiv imma hemm procedura li trid tigi segwita allura hemm salvagwardji idoneji minn pressjonijiet esterni u ghalhekk indipendenza mill-esekuttiv, certament f'dak li ghandu x'jaqsam mal-funzjoni ta' gudikatur fl-istess Tribunal.

c) Ghal dakli jirrigwarda l-garanziji kostituzzjonali il-Qorti irriteniet li ma kien hemm l-ebda dubju u l-ebdakontestazzjoni li t-Tribunal ghat-Talbiet Zghar igawdi mis-salvagwardji kollha li tipprovdi l-Kostituzzjoni almenu f'dak li gie hawn ezaminat u li huwa rejali ghall-kaz odjern fis-sens ta' livell ta'due process of law rikjesta, u dan anke meta ezaminati l-ilmenti tar-rikorrenti fl-isfond ta' dak kollu li jipprovdi il-Kap 380.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info