Reference: 39/2001/1

Judgement Details


Date
17/02/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
MIFSUD GEORGE vs AWTORITA TAL-IPPJANAR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, DRITT TA` APPELL MINN DECIZJONIJIET TA` - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, HEMM LOK GHAL APPELL META APPLIKAZZJONI HAZINA TAL-LIGI TWASSAL GHAL INGUSTIZZJA MANIFESTA - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, INTERPRETAZZJONI TA` POLICIES TAL-IPPJANAR - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, PUNT TA` DRITT - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, PUNT TA` FATT - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, RAPPORT BEJN AZZJONI TAHT L-ARTIKOLU 469A TAL-KAP. 12 U APPELL AI TERMINI TA` L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA` L-IZVILUPP - DRITTIJIET, RABTA BEJN DRITTIJIET U OBBLIGI CIVILI U L-LIGIJIET TA` L-IPPJANAR
Summary
L-artikoli tal-Ligi kontenuti fil-Kodici Civili ma gewx derogati mill-Att ta' l-1992, izda l-implimentazzjoni taghhom giet assoggettata ghall-ottjeniment ta' permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, u b'hekk, id-dritt imsemmi fl-istess artikoli gie regolat fl-interess tas-socjeta`.

Il-vantazzjoni, pretenzjoni w ezercitazjoni ta' dritt fil-konfront ta' terza persuna, dejjem oggett ta' kompetenza civili tal-Qrati nostrali, ma jezonerawx lill-persuna li ghandha tali dritt milli fl-ezercizzjutal-istess tosserva l-ligi vigenti dwar zvilupp, jekk l-ezercizzju tal-istess dritt jikkomporta u jikkomprendi zvilupp kif definit fil-Kap 356.

Id-decizjonijiet tal-Bord ta` l-Appell dwar l-Ippjanar huma appellabbli unikament fuq punti ta` Ligi. Il-kwistjoni ta' dritt li fuqha ghandu jigi bazat appell quddiem il-Qorti ta` l-Appell trid tkun kwistjoni li ffurmat kontroversja quddiem il-Bordu giet definita u deciza minnu. Certament mhux lecitu ghall-appellant li jressaq quddiem il-Qorti ta` l-Appell kwalunkwe kwistjoni ohra ta' dritt sabiex jittanta jirrendi d-decizjoni appellabbli.

Il-ligi taghti dritt ta' appell biss u tassattivament, fuq punt ta' ligi li jkun gie deciz mill-Bord.

Dan ma jfissirx li l-persuna aggravata b'decizjoni tal-Bord ma ghandhiex rimedji ohra litista' anke ssegwi wkoll quddiem il-Qrati ordinarji, u anke Qrati ta' kompetenza kostituzjonali, pero` certament li mhux fl-ambitu ta' appell minn decizjoni tal-Bord ta' Appell lill-Qorti ta` l-Appell taht id-disposizzjonijiet tal-artikolu 15 (1) tal-Att I tal-1992, dment li tali appell ma jaqax kif hemm indikat b'mod mill-iktar skjet u definit.

L-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' regolamenti u "policies" ta` l-ippjanar tispetta proprjament lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u anke lill-Bord ta' l-Appell. Sakemm ma jkunx jidher car li tkun sejra tigi sanzjonata ingustizzja manifesta,minhabba applikazzjoni hazina tal-ligi, kif enuncjata fid-decizjoni tal-Bord ta' l-Appell, il-Qortita` l-Appell ma tigix inklinata li tissindika jew tiddisturba l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni li jaghmel il-Bord b'kazijiet partikolari. Dan ghaliex, diversament, il-Qorti tkun qeghda tissostitwixxi l-gudizzju u d-diskrezzjoni taghha, f'materja teknika, li tispetta, skond il-ligi, lil dan it-Tribunal specjali li gie mwaqqaf appozitament biex jiddetermina materji ta' din ix-xorta.

Il-Ligi ma taghti l-ebda dritt ta' appell minn decizjonijiet tal-Bord dwar kwistjonijiet ta' fatt, fuq kwistjonijiet ta' apprezzament ta' provi u fuq kwistjonijiet ta' l-ippjanar li jkunu jinvolvu semplicement aspetti teknici. Lanqas ma hemm dritt ta' appell fuq punti ta' ligi sakemm dawn ma jkunux gewdecizi fid-decizjoni appellata tal-Bord.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info