Referenza: 750/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/02/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
ZAMMIT AND CACHIA LIMITED vs HIX LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AGENT TA` L-IVVJAGGAR, NATURA TAR-RAPPORT BEJN IL-VJAGGATUR U - KJAMATA FIL-KAWZA, DISKREZZJONI TAL-QORTI LI TORDNA L-KJAMATA EX UFFICIO - KJAMATA FIL-KAWZA, EKONOMIJA TAL-GUDIZZJU - KJAMATA FIL-KAWZA, SEJHA TA` PERSUNI LI MA JKOLLHOMX RAPPORT DIRETT MAL-ATTUR IZDA MAL-KONVENUT - KJAMATA FIL-KAWZA, SKOP TA` - KUNTRATT, KONTRATTAZZJONI F`ISEM HADDIEHOR - KUNTRATT, KONTRATTAZZJONI RABTA PERSONALI - KUNTRATT, PROMESSA DE RATO
Fil-Qosor
Bejn il-vjaggatur u l-agent ta` l-ivvjaggar jinholoq rapport ta` natura kuntrattwali. Jekk l-agent jonqos milli jonora l-obbligi minnu assunti hu jsir passibbli ghad-danni.

Hadd ma jista' b'kuntratt f'ismu jobbliga ruhu jew jikkuntratta hlief ghalih innifsu.

B'dana kollu wiehed jista'jobbliga ruhu lejn iehor, billi jwieghed xi haga li ghandha tigi maghmula minn persuna ohra; izda f'dan il-kaz, jekk din il-persuna l-ohra ma tkunx trid tezegwixxi l-obbligazzjoni, dak li jkun obbligaruhu jew wieghed it-twettiq ta' l-obbligazzjoni, ikun suggett biss ghal hlas tal-hsara.

Il-kjamata in kawza ghandha fost ohrajn il-funzjoni li tkun prezenti t-terza persuna interessata fil-vertenza mhux direttament ma' l-atturi izda mal-konvenut in kwantu dan ta' l-ahhar jista' jdur fuq is-sub-appaltatur ghal kull dannu li jista' jsofri ghaliex ikun dan li fil-konfront tieghu jrid jirrispondi. Il-presenza tas-sub-appaltatur ghalhekk hija utili ghaliex telimina l-possibilita' ta' kumplikazzjonijiet fir-rigward tal-problemi konnessi mal-ezekuzzjoni tax-xoghol - kemm ghaliex il-provi essenzjalment jirrigwardaw l-operat tas-sub-appaltatur li ezegwixxa x-xoghol, u kemm ghaliex dan tal-ahhar ma jkunx, 'il quddiem, jista' jillamenta mal-konvenut li dan ma avanzax difiza valida u efficjenti fil-konfront tal-atturi - b'hekk gie bata huwa.

Hu veru li l-Qorti ghandha d-dritt sua sponte tordna l-kjamata izda tali dritt ma jistax jitqies xi obbligu fuqha li thares hi l-interessi tal-kontendenti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni