Reference: 441/1988/1

Judgement Details


Date
18/02/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., DEPASQUALE FRANCO
Parties
BORG GEORGE vs DEBONO JOHN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
CESSJONI TA` KREDITU, HTIEGA TA` NOTIFIKA B`ATT GUDIZZJARJU LID-DEBITUR - KONVENJU, CESSJONI TA` JEDDIJIET GHANDHA TIGI NOTIFIKATA LILL-KONTROPARTI B`ATT GUDIZZJARJU
Summary
L-Artikolu 1471 tal-Kodici Civili jesigi li fil-kaz ta` cessjoni ta` kreditu jkun hemm notifika lid-debitur u testwalment jipprovdi: "ic-cessjonarju ma jistax, kwantu ghal terzi, jezercita l-jeddijietlilu ceduti, hlief wara li c-cessjoni tkun giet mgharrfa lid-debitur b'att gudizzjarju, mic-cessjonarju nnifsu jew mic-cedent."

L-Artikolu 1469 jispjega kif issir tali cessjoni u jistipula li:"ic-cessjoni jew bejgh ta' kreditu, ta' jedd, jew ta' azzjoni hija perfetta, u l-proprjeta` taghhatigi akkwistata ipso jure mic-cessjonarju, hekk kif isir il-ftehim fuq il-kreditu, fuq il-jedd jew fuq l-azzjoni u fuq il-prezz".

Il-ligi ma esigitx ghal xejn li c-cessjoni tkun giet mgharrfa lid-debitur b'att gudizzjarju; dan gie impost biex l-istess debitur ikun konxju ta' dak kollu li jkunqed jigri mill-obbligazzjoni tieghu u jkun jista' jiehu xi passi li talvolta jkunu mehtiega biex ihares l-interessi tieghu.

Semplici ittra ufficjali sabiex persuna tersaq ghal konvenju ma tissodisfax il-vot tal-Ligi.

Fin-nuqqas ta' taghrif tac-cessjoni b'att gudizzjarju talba ghall-ezekuzzjoni ta` konvenju m'ghandiex tigi milqugha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info