Reference: 92/2001/1

Judgement Details


Date
30/01/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
REGISTRATUR TAL-QRATI vs ELLUL CARMELO SIVE CHARLES
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, ELEMENTI TA` - DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, INOSSERVANZA TA` MANDAT TA` INIBIZZJONI - DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, META L-ORDNI MIKSUR IKUN NULL - DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, NATURA TAL-PROCEDURI - DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, ONERU TAL-PROVA - DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, ORDNI TAL-QORTI MA JISTGHAX JIGI INJORAT - DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, PROCEDURI JINBDEW MIR-REGISTRATUR TAL-QORTI - DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, RILEVANZA TA` L-INTENZJONI TAL-KONVENUT
Summary
Il-procedura ghal disprezz ghandha natura partikolari. Hija mahsuba biex thares ir-rispett li ghandu jingieb lill-Qorti. Wahda mis-setghat ewlenin ta' kull Qorti hija dik li taghti ordnijiet lil xihadd, kemm jekk biex dik il-persuna taghmel xihaga, jew biex dik il-persuna ma taghmilx xihaga. Il-ksur ta' kull ordni jikkostitwixxi disprezz ghall-awtorita' li, bis-sahha taghha, dik l-ordni tkun inghatat. Id-disprezz jammonta ghal reat kriminali u ghalhekk irid jigi provat lil hinn minn kull dubju ragjonevoli.

Minbarra dan, xilja ta' disprezz iggib maghha l-htiega li tigi ippruvata, minnmin qieghed jixli, il-fehma tal-persuna mixlija li tisfida l-ordni tal-Qorti u, b'konsegwenza ta' hekk, l-awtorita' taghha.

Madankollu, dik l-intenzjoni ma tiddependix minn jekk il-persuna mixlija tqisx l-ordni moghti lilha bhala wiehed korrett jew le: is-siwi ta' dik l-ordni, sakemm ma jithassarx b'ordni iehor tal-Qorti nnifisha jew ta' Qorti ohra, huwa raguni oggettiva li torbot lill-mixli li joqghod ghaliha, jaqbel jew ma jaqbilx maghha. Hekk stabilew il-Qrati taghna, ukoll fejn wararrizulta li l-ordni tal-Qorti kien wiehed null u bla siwi.

Il-procediment tad-disprezz m'huwiex rimedju ghall-persuna li tkun talbet it-tehid tieghu, imma sanzjoni kontra min ikun gab b'idejhu b'ghemilu (jew bl-omissjoni tieghu, skond il-kaz) ksur ta' ordni moghtija lilu. L-attur f'din il-kawza (u bil-procedura illi tfasslet ghal dan il-ghan fl-1995) qieghed huwa nnifsu jesegwixxi ordni moghtija lilu minn Qorti kompetenti biex jibda dawn il-proceduri. L-attur m'ghandu x'jirbah xejn b'tali proceduri ghajr li jizgura li tigi mharsa l-amministrazzjoni tajba tal-gustizzja.

Fil-kazta' allegat ksur ta' ordni moghti fil-hrug ta' Mandat ta' Inibizzjoni, wiehed isib dispozizzjoni espressa tal-ligi li tghid x'ghamla ta' sanzjoni jwassal mieghu l-ksur ta' ordni bhal dik. Izda dik is-sanzjoni taghti rimedju lill-parti li favur taghha jkun inhareg il-Mandat, u ghalhekk kull allegatksur ta' dik l-ordni taghti lok ukoll ghat-tmexxija 'l quddiem ta' proeduri kif mahsuba fit-TitoluXVII tal-Kap 12.

M'hemmx dubju li l-procediment ta' disprezz huwa wiehed ta' natura penali, ukoll jekk jiehdu s-sura ta' proceduri civili.

Dan igib mieghu illi kull ma tghid il-ligi dwardan l-istitut ghandu jithares skond il-kelma tal-ligi u l-ispirtu li jhares il-jeddijiet tal-"akkuzat" f'dak kollu li jista' jitqies ta' natura penali. Ghalhekk mhux permess li l-istitut tar-rispettli ghandu jingieb lill-Qorti jitwessa' b'analogija, tixbieh jew tehid minn min ikun ta' inizzjativali ma hix moghtija lilu mil-ligi. Kien minhabba f'hekk li l-bidliet fil-ligi procedurali fl-1995 stabilew min ghandu jedd jibda tali proceduri u f'liema cirkostanza, wara zmien twil fejn kien dibattut f'ghadd ta' sentenzi l-problema tal-agent legittimu ta' proceduri bhal dawn.

Il-ligi tfisser min ghandu jibda proceduri ta' disprezz fl-artikolu 1003A tal-Kapitolu 12. F'dak l-artikolu persuna wahda ghandha din is-setgha u dik il-persuna m'hijiex individwu privat jew persuna li tallega linkisrulha l-jeddijiet taghha. Dik il-persuna wahdanija moghtija s-setgha li tibda tali proceduri uli titqies bhala attur fihom hija r-Registratur tal-Qrati. Hemm modi kif persuna li thoss li sar kontra taghha ghamil li jista' jitqies bhala wiehed li jikkwalifika bhala disprezz lejn il-Qorti tigbed l-attenzjoni tar-Registratur biex jibda l-proceduri mehtiega.

Il-process ghad-disprezz jimxi indipendentement minn dak civili, u li l-ghanijiet tieghu jmorru lil hinn minn kull kwestjoni, ewlenija jew ancillari, li wiehed jistenna li sejrin ikunu meqjusin minn Qorti jew tribunal investit bis-smigh tal-process civili.

Il-mottivi li jwasslu persuna biex iggib ruhha b'mod li jidher li qieghed jisfida ordni ta' Qorti jistghu biss ikollhom effett fuq l-apprezzament tal-"animus" tal-persuna mixlija b'disprezz. Dan jghodd ukoll jekk il-mottiv li jgieghel lil xihadd jikser ordni ta'Qorti jkun wiehed li ta' min jissimpatizza mieghu. Huwa mehtieg li jintwera li l-persuna li tkun kisret l-ordni ta' Qorti kienet tjaf li qeghda taghmel hekk.

L-interess socjali u l-bwon ordnipubbliku jitolbu li ordnijiet bhal dawk tal-Qorti jigu obduti u li kienu x'kienu r-ragunijiet li wasslu lill-imharrek biex agixxa kontra dak l-ordni m'ghandhomx ikunu raguni tajba biex dak il-ksur jigi skuzat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info