Referenza: 1908/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/01/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
BORDA DR EMMANUEL vs ELLUL MICALLEF PROFS. ROGER NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, ATTI MAGHMULA BIL-GHAN TA` ORGANIZZAZZJONI JEW AMMINISTRAZZJONI INTERNA TA` AWTORITA` PUBBLIKA - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, GURISDIZZJONI TAL-QRATI - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, L-UNIVERSITA` TA` MALTA HIJA AWTORITA` PUBBLIKA GHALL-FINIJIET TA` L-ARTIKOLU 469A TAL-KAP. 12 - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, RELAZZJONIJIET BEJN IL-GVERN U L-IMPJEGATI TIEGHU
Fil-Qosor
Awtorita' pubblika tinkludi kull korp maghqud kostitwit permezz ta' ligi. M'hemm l-ebda dubju li l-Universita' ta' Malta hija awtorita' kif imfissra mil-ligi nnifisha.

Jekk decizjoni tittiehedbl-ghan ta' organizzazzjoni jew amministrazzjoni interna fl-istess awtorita', allura l-Qorti hijamizmuma mil-ligi milli tistharreg dik id-decizjoni, ukoll jekk meta ttiehdet ikun sehh nuqqas ta' tharis ta' xi principju ta' gustizzja naturali jew xi ksur iehor kontemplat fl-artikolu 469A(1) tal-Kap 12, u dan ghaliex ikun naqas element ewlieni biex jista' jsir l-istharrig bhal dak, jigifieri l-element kostitutiv tal-ghamil amministrattiv.

Sejha ghal applikazzjonijiet ghal impjieg minn awtoritac pubblika li tkun miftuha ghall-pubbliku ma titstax titqies bhala decizjoni li tittiehed bl-ghan ta' organizzazzjoni jew amministrazzjoni interna.

Ghal dak li jirrigwarda s-setgha tal-Qorti li tistharreg l-operat jew decizjonijiet amministrattivi ghandu jinghad li llum il-ligi tipprovdi b'mod specifiku ghac-cirkostanzi specjali ta' stharrig bhal dan. Dan ma jfissirx li qabel ma dahal fis-sehh l-imsemmi artikolu ma seta' jsir l-ebda stharrig gudizzjarju. Ghall-kuntrarju, sa minnghadd ta' snin ilu, l-Qrati taghna iddecidew li ghandhom gurisdizzjoni li jezaminaw u jiddeciedu jekk xi awtorita' kompetenti mxietx skond is-setghat moghtija lilha mil-ligi fit-twettiq ta' xi poter ezercitat minnha. Dan jinghad ukoll rigward l-ezercizzju tas-setghat moghtijin bil-ligi lill-Universita'. Tali gurisdizzjoni tezisti sakemm ma tkunx espressament eskluza, billi d-derogi ghall-gurisdizzjoni ghandhom jitfissru b'mod restrittiv, u f'kaz ta' dubju eskluzi. Bis-sahha tad-dhul fis-sehhta' l-artikolu 469A, gew imfissra ahjar il-parametri ta' tali stharrig u kif ukoll l-awtoritajietilli dwarhom il-Qrati Civili ghandhom is-setgha li jaghmlu stharrig dwar ghemilhom.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni